Ejjew nagħmlu ragħaj
Għeżież tfal,
Nhar il-Ħadd li ġej ser niċċelebraw il-Ħadd tar-Ragħaj it-Tajjeb u Jum il-Vokazzjonijiet.
Għalhekk qed nistednukom sabiex tagħmlu dan il-kraft tar-ragħaj sabiex nhar il-Ħadd inpoġġuh quddiem l-artal fejn niftakru li Ġesù huwa r-Ragħaj il-kbir tagħna li jħobbna u jieħu ħsibna. Nitolbu ukoll għal persuni li Ġesù qed isejjħilhom sabiex ikunu bħalu ragħajja tajba sabiex jieħdu ħsieb lin-nies ta’ Ġesù fil-knisja. Ser intellgħu xi ħaġa sabiħa lil dawk li jġibu lir-ragħaj tagħhom magħhom!
Niltaqgħu nhar il-Ħadd għall-quddiesa tad-9.15am!
Kunu mberkin!
Gylan Camilleri
Seminarista
Craft: Ir-Ragħaj it-Tajjeb
Affarijiet meħtieġa:
- Toilet paper roll
- Marker biex tpinġi wiċċ ir-ragħaj
- Pipe cleaner jew inkella straw li titwaħħal mar-ragħaj b’biċċa drapp li tiġi bħala faxxa wkoll
- Karta kulur li tixtieq u kolla biex twaħħalha mat-toilet paper roll
- Biċċa drapp biex tintuża għal fuq xagħar ir-ragħaj u lasktu biex id-drapp iżomm mar-roll.
Tinsiex tikteb ismek fuq wara tar-ragħaj!
Videos fuq Ġesu’ ir-Ragħaj it-Tajjeb:
Hawn tistgħu taraw dawn il-videos fuq Ġesu’ ir-ragħaj tagħna li jieħu ħsiebna nagħaġ tiegħu.
Vidjo qasir (3:20)
Vidjo itwal (26:15)