Numri
Niċċelebraw l-Evanġelju tas-Solennità tal-Ġisem u d-Demm tal-Mulej
Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu.
Inti qassis għal dejjem bħal Melkisedek.
L-Evanġelju
Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla
Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann
F’dak iż-żmien, Ġesù qagħad ikellem il-folol fuq is-Saltna ta’ Alla, u fejjaq lil dawk li kienu jeħtieġu l-fejqan. Il-jum kien wasal biex jintemm. Resqu lejh it-Tnax u qalulu: “Ibgħathom in-nies ħa jmorru fl-irħula u r-rziezet tal-qrib biex isibu fejn jistrieħu u jieklu xi ħaġa, għax hawnhekk qegħdin f’post imwarrab”.
Iżda hu qalilhom: “Agħtuhom intom x’jieklu”. Qalulu: “Ma għandniex aktar minn ħames ħobżiet u żewġ ħutiet, jekk għall-inqas ma mmorrux aħna stess nixtru l-ikel għal dawn in-nies kollha!”.
Għax kien hemm madwar il-ħamest elef raġel. U qal lid-dixxipli tiegħu: “Qegħduhom bilqiegħda ħamsin ħamsin”. Hekk għamlu, u qiegħdu lil kulħadd bilqiegħda.
Imbagħad ħa l-ħames ħobżiet u ż-żewġ ħutiet, rafa’ għajnejh lejn is-sema, berikhom u qasamhom, u tahom lid-dixxipli biex inewluhom lin-nies. U kulħadd kiel u xaba’ u l-bċejjeċ tal-ħobż li kien fadal ġabruhom fi tnax-il qoffa.
(Lq 9:11b-17)
Riflessjoni u talba:
i. Resqu lejh it-Tnax u qalulu: “Ibgħathom in-nies … “
It-tnax
simbolu tat-tnax il-tribù …
tal-poplu ġdid ta’ Alla
tal-poplu kollu
jieħdu l-inizjattiva.
Liema?
Biex Ġesù jibgħat lin-nies ‘l hemm!
Forsi rawh kbir il-poplu.
Forsi għejjew bl-eżiġenzi, tbatijiet, iħabbtu wiċċhom ma’ sitwazzjonijiet diffiċli.
Forsi is-Saltna t’Alla dehret ‘l bogħod, il-proċess bil-mod wisq.
U l-inizjattiva li ħadu?
Distanza mill-poplu!!
Ir-risposta ta’ Ġesù?
Iqarreb!
Irrifletti
- Liema piżijiet u problemi qed jifnuk?
ii. Għax kien hemm madwar il-ħamest elef raġel. U qal lid-dixxipli tiegħu: “Qegħduhom bilqiegħda ħamsin ħamsin”.
Trid sinjal tal-Ispirtu tal-Mulej?
Propju li ma jibqax fl-ajru!
Tad-demm u l-laħam!
Iċaqlaq lit-tnax biex jaqsmu l-5000 fi gruppi ta’ ħamsin, ħamsin
komunitajiet żgħar
fejn ir-relazzjonijiet jistgħu jinbnew
fejn ħadd ma jiġi trattat bħala numru
fejn il-kwalitajiet personali jistgħu jiġu apprezzati
fejn il-ġid tal-komunità jista’ jitħares aħjar
fejn it-tnax jagħarfu l-valur ta’ passi żgħar quddiem problemi kbar.
Irrifletti
- Liema għażliet konkreti jibnu komunità aktar sabiħa?
iii. Imbagħad ħa l-ħames ħobżiet u ż-żewġ ħutiet, rafa’ għajnejh lejn is-sema, berikhom u qasamhom, u tahom lid-dixxipli biex inewluhom lin-nies.
L-aktar ikel bażiku,
bl-iżgħar numri,
f’għajnejn rikonoxxenti,
f’qalb li tingħata u tħobb,
f’idejn ġenerużi,
isir ikel
li jgħaqqad poplu
li jmantni r-ruħ tal-persuni
li jittrasforma d-distanza tat-tnax skuraġġuti
fi qrubija mimlija tama li tiġġenera futur.
Irrifletti
- L-Ewkaristija kif qed tibdlek f’persuna li ssaħħaħ l-għaqda?
Nitolbu l-Missierna flimkien
Glorja lill-Missier,
u lill-Iben,
u lill-Ispirtu s-Santu,
kif kien mill-bidu,
issa u dejjem,
jibqa’ għal dejjem,
ta’ dejjem,
Ammen.
Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu
Ammen
Ħajr lil Fr Jimmy Bonnici għar-riflessjoni.