Biex ittir ma tistax isserraħ fuq saqajk!
Niċċelebraw l-Evanġelju ta’ Pentecoste Preparazzjoni:Ipprepara ħin u post għat-talb: xemgħa, Bibbja, silenzju. Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. Nidħol fil-presenza ta’ Alla nitolbu l-qawwa tal-Ispirtu s-Santu: Spirtu s-Santu, ejja fina,raġġ ta’ dawl qaddis agħtina,xerrdu f’ruħna mis-smewwiet. L-Evanġelju Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla Qari mill-Evanġelju skond San Ġwann F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Meta jiġi d-Difensur, li se nibagħtilkom mingħand il-Missier, l-Ispirtu tal-verità, li ġej mill-Missier, huwa jixhed għalija. U intom ukoll tixhdu, għax intom kontu miegħi sa mill-bidu. Baqagħli ħafna…