Biex ittir ma tistax isserraħ fuq saqajk!

Biex ittir ma tistax isserraħ fuq saqajk!

Niċċelebraw l-Evanġelju ta’ Pentecoste

Preparazzjoni:
Ipprepara ħin u post għat-talb: xemgħa, Bibbja, silenzju.


Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu.


Nidħol fil-presenza ta’ Alla nitolbu l-qawwa tal-Ispirtu s-Santu:

Spirtu s-Santu, ejja fina,
raġġ ta’ dawl qaddis agħtina,
xerrdu f’ruħna mis-smewwiet.


L-Evanġelju

Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla

Qari mill-Evanġelju skond San Ġwann

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Meta jiġi d-Difensur, li se nibagħtilkom mingħand il-Missier, l-Ispirtu tal-verità, li ġej mill-Missier, huwa jixhed għalija. U intom ukoll tixhdu, għax intom kontu miegħi sa mill-bidu.
 
Baqagħli ħafna ħwejjeġ x’ngħidilkom, imma għalissa ma tifilħux għalihom. Meta jiġi hu, l-Ispirtu tal-verità, iwassalkom għall-verità kollha; għaliex hu ma jgħid xejn minn tiegħu, imma jgħid dak li jisma’, u jħabbrilkom il-ġejjieni. Hu jagħtini glorja, għaliex jieħu minn dak li hu tiegħi u jħabbru lilkom. Dak kollu li għandu l-Missier huwa tiegħi. Għalhekk għedt li jieħu minn dak li hu tiegħi u jħabbru lilkom”. 

(Ġw 15:26-27; 16:12-15)

pexels/jasmin chew: Biex ittir trid tibni relazzjonijiet oħra…

Riflessjoni u talba:

i. Meta jiġi d-Difensur, li se nibagħtilkom mingħand il-Missier, l-Ispirtu tal-verità, li ġej mill-Missier, huwa jixhed għalija

Għandi bżonn tal-Ispirtusabiex ninqala’ minn ideal li qed jisraqli s-sbuħija:
li nkun kollox fija nnifsi,
bżonn ta’ ħadd u mogħti lil ħadd.
 
L-Ispirtu bil-kontra … il-ħin kollu f’relazzjonijiet:
Difensur … ta’
Mibgħut … għand
ta’ … l-Verità
mill-…. Missier
Jixhed għal …
 
U hekk l-Ispirtu li jagħti l-ħajja, varjata, f’żifna ta’ ferħ
għax attent biex jiddefendi lil min għandu bżonn,
għax mibgħut;
għax Alla hekk: jiftaħ possibilitajiet

Irrifletti:

  • Fejn mistieden tinħeles mill-għeluq u tidħol fiż-żifna tar-relazzjonijiet tal-Ispirtu?
pexels/gelgas airlangga: The Spirit’s work is hidden but life-giving


ii. Meta jiġi hu, l-Ispirtu tal-verità, iwassalkom għall-verità kollha; għaliex hu ma jgħid xejn minn tiegħu.

L-Ispirtu li ingħatalna huwa l-Ispirtu ta’ Kristu;
bl-istess stil tiegħu,
dak ta’ Alla.
 
Ma jibżax jieħu ż-żmien, u jwassalna ftit, ftit għall-verità;
jiġi b’mod ċkejken, bla ħafna storbju, mhux mimli bih innifsu,
bħal żerriegħa żgħira,
li jidħol fil-qalb fraġli, mbeżża’ mill-uġiegħ, magħluqa minħabba esperjenza ta’ rejection,
iħabbat bil-mod
u bil-permess tiegħi jibdel, jittrasforma,
sakemm il-qalb tibda tiftaħ bil-kuraġġ tal-Irxoxt.

Irrifletti

  • Fejn tista’ tbexxaq il-bieb lill-Ispirtu?
pexels: We become the presence of the hidden God

iii. U intom ukoll tixhdu.

L-Ispirtu jagħtina l-qawwa biex inkunu l-presenza ta’ Kristu fid-dinja:

Ikkontempla:

Mysterious and Loving God,
Open my mind and my heart this day
That I might lose myself in wonder and awe
At the glory and grandeur of your creation.
May I grow each day in awareness
Of my unique place in your loving universe.
 
All-caring God,
Allow your energy and compassion to flow through me
Towards all who are in pain,
All who are alone and frightened,
All who feel lost and confused,
And above all towards those who endure cruelty and injustice.
 
Mysterious Divine Healer,
In everything I think and say and do this day,
Make me a finger of your healing hand.
Make me sensitive to the wounds and brokenness
Of all my brothers and sisters,
The good, the bad and the indifferent.
May they heal me as we all stretch out our hands to one another.
 
For we are all one in you and your Holy Spirit, through your Son, Jesus Christ. Amen.
Albert Nolan OP

pexels/pixabay: on not being focused on self 

Nitolbu l-Missierna flimkien

Glorja lill-Missier u lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu,
Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, għal dejjem ta’ dejjem.

Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu
Ammen


Ħajr lil Fr Jimmy Bonnici għar-riflessjoni.

Comments are closed.