Ma nħallikomx iltiema!
Mument ta’ talb għas-sitt Ħadd tal-Għid. Preparazzjoni: Ipprepara l-post għat-talb: xemgħa, salib, ritratt jew oġġett li jfakkar persuna sinifikattiva f’ħajtek (omm, missier, xi ħadd min-nanniet, għalliem/a, saċerdot, ktieb importanti …) Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. Ninsabu fil-preżenza t’Alla “U Sijon kienet tgħid: ‘Ħallieni l-Mulej,’ u: ‘Sidi nsieni.’Tista’ mara tinsa t-tarbija tagħha,u ma tħennx għal bin ġufha?Imqar jekk din tinsa,jien ma ninsiek qatt!Ara! Naqqaxtek fuq kefef idejja;ħitanek dejjem quddiemi.” (Iżaija 49, 14-16) “Isimgħuni, dar Ġakobb, u l-fdal kollu ta’…