Avvent bil-maskra! Terapija għall-għajnejn?
Niċċelebraw l-Evanġelju tal-Ewwel Ħadd tal-Avvent Niċċelebraw l-Evanġelju tal-Ħadd Preparazzjoni:Ipprepara ħin u post għat-talb: 4 xemgħat/girlanda, Bibbja, mument ta’ silenzju Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. Nidħol fit-talb b’xewqa li għajnejja jiltaqgħu ma’ tiegħu: Erġa’ ejja, Alla tal-eżerċti;ħares mis-sema, u ara,u żur ’il din id-dielja.Ħu ħsieb dak li ħawlet lemintek,ir-rimja li int kabbart għalik. (Salm 79) L-Evanġelju Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla Qari mill-Evanġelju skond San Mattew (Mt 13, 13-37) F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Kunu għajnejkom miftuħa, ishru, għax ma tafux…