AVVIŻI – 22 ta’ Novembru 2020

AVVIŻI – 22 ta’ Novembru 2020

Għoti ta’ Demm
Il-Ħadd 22 ta’ Novembru 2020 bejn it-8:30am u s-1:00pm se jsir l-għoti tad-demm quddiem il-Knisja tas-Salib Imqaddes, Żona Sant’Andrija, Ħaż-Żabbar. Inħeġġiġkom sabiex immorru nagħtu d-demm u aħna mitlubin nieħdu magħna l-ID Card.
 
Lectio Divina – riflessjoni fuq il-Vanġelu tal-Ħdud tal-Avvent
Nhar ta’ Tnejn matul iż-żmien tal-Avvent, wara l-quddiesa tas-6.30pm ser nitolbu flimkien bil-Kelma ta’ Alla bi preparazzjoni għall-Ħdud tal-Avvent. Għalhekk, it-Tnejn 23 ta’ Novembru 2020 fis-6:30pm ikollna nofs siegħa mal-Kelma t’Alla u nispiċċaw fis-7:00pm. Inħeġġiġkom sabiex nattendu.
 
Kummissjoni Kateketika
It-Tlieta 24 ta’ Novembru 2020 fl-3.45pm tiltaqa’ l-Kummissjoni Kateketika fl-Uffiċċju Parrokkjali.
 
Ġabra favur l-Art Imqaddsa
Is-Sibt 28 u l-Ħadd 29 ta’ Novembru 2020 se ssir il-ġabra speċjali għall-Art Imqaddsa biex jinżammu miftuħa postijiet u ħidmiet reliġjużi u ta’ għajnuna għal ħutna li jgħixu fl-Art Imqaddsa. Grazzi.
 
Quddiesa u Tberik tal-Girlanda tal-Avvent
Il-Ħadd 29 ta’ Novembru 2020 fid-9:15am quddiesa u tberik tal-Girlanda tal-Avvent. Inħeġġu lit-tfal sabiex iġibu magħhom il-Girlanda tal-Avvent.
 
Quddiesa u Barka fuq l-Omm u t-Tarbija fil-ġuf tagħha
Is-Sibt 12 ta’ Diċembru 2020 fit-8:00pm ssir il-Quddiesa u l-Barka fuq l-Omm u t-Tarbija fil-ġuf tagħha bl-interċessjoni ta’ Sant’Anna li tħares lill-ommijiet u t-trabi fil-ġuf tagħhom. Mistiedna wkoll il-ġenituri li welldu tarbija biex jirringrazzjaw lil Alla.
 
Proċess tad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Malta
Nixtiequ ninfurmawkom li ħarġu r-regolamenti għad-dħul fl-iskejjel tal-knisja f’Malta. Aktar informazzjoni fuq in-notice board ta’ fejn il-bieb il-kbir tal-knisja u l-website www.knisja.mt

Ħsieb fuq l-Evanġelju

L-34 Ħadd Matul is-Sena A
Kristu Sultan tal-Ħolqien kollu

F’dan l-aħħar Ħadd tas-Sena Liturġika, il-Knisja tiċċelebra l-festa ta’ Kristu Re, b’meditazzjoni fuq din is-silta li nsibuha biss fl-Evanġelju skont San Mattew. Ġesù jiġi ippreżentat bilqegħda fuq tron ta’ ġudizzju li jifred lit-tajbin mill-ħżiena. Huwa jfaħħar u jbierek lit-twajbin, filwaqt li jikkundanna l-ħżiena.

Skont San Mattew dan il-ġudizzju jsir fuq kemm urejna ħniena ma’ dawk li huma batuti li fihom irridu nitgħallmu naraw lilu stess. Din il-paġna tal-Evanġelju tgħinna nkejlu l-fedeltà tagħna lejn il-persuna ta’ Kristu li għadu qed ibati f’min qed ibati.

Talba – Nagħtuk ġieħ, irroddulek ħajr għall-glorja kbira tiegħek, Sultan ta’ dejjem, Alla li tista’ kollox.


Comments are closed.