L-essenzjal!
Niċċelebraw l-Evanġelju tat-3 Ħadd tal-Għid Preparazzjoni:Ipprepara ħin u post għat-talb: xemgħa, Bibbja, silenzju. Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. Ngħollik, Mulej, għax erfajtni. L-Evanġelju Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ deher lid-dixxipli ħdejn il-baħar ta’ Tiberija. Dehrilhom hekk: Xmun Pietru, Tumas, li jgħidulu t-Tewmi, Natanjel minn Kana tal-Galilija, ulied Żebedew u tnejn oħra mid-dixxipli tiegħu kienu flimkien. Xmun Pietru qalilhom: “Sejjer nistad”. Qalulu: “Ħa niġu miegħek aħna wkoll”. Marru, rikbu d-dgħajsa, u…