Tinħakimx!
Niċċelebraw l-Evanġelju tat-18-il Ħadd ta’ Matul is-Sena Ċ Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. Mulej, int kont għalina kenn minn nisel għal nisel. L-Evanġelju Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla Qari mill-Evanġelju skont San Luqa F’dak iż-żmien, xi ħadd mill-folla qal lil Ġesù: “Mgħallem, għid lil ħija jaqsam il-wirt miegħi”. Wieġbu Ġesù: “Ħabib, min qegħedni mħallef fuqkom, jew qabbadni nqassmilkom il-ġid bejnietkom?”. Imbagħad qal lin-nies: “Iftħu għajnejkom u ħarsu rwieħkom minn kull regħba, għax imqar jekk wieħed ikollu bir-radam, ħajtu ma tiddependix mill-ġid…