Frott il-fiduċja.

Niċċelebraw l-Evanġelju tas-seba’ u għoxrin Ħadd 

Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu

 
Il-għalqa tal-Mulej hija d-dar ta’ Iżrael.

1. Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla   

F’dak iż-żmien Ġesù qal lill-qassisin il-kbar u lix-xjuħ tal-poplu: “Isimgħu parabbola oħra: Kien hemm wieħed, sid ta’ għalqa, u ħawwilha bid-dwieli; tellgħalha ħajt tas-sejjieħ madwarha, ħaffer magħsar fiha, u bnielha torri; u qabbilha lil xi bdiewa. U siefer f’art oħra.

Meta wasal żmien il-frott, bagħat il-qaddejja tiegħu għand dawk il-bdiewa biex jiġbrulu l-frott li kien imissu. Iżda l-bdiewa qabdu lill-qaddejja, u lil wieħed sawtuh, lil ieħor qatluh, u lil ieħor ħaġġruh. Reġa’ bagħtilhom qaddejja oħra, aktar minn qabel, u għamlulhom l-istess.

Fl-aħħar bagħtilhom lil ibnu. “Minn ibni jistħu”, qal. Iżda kif raw lil ibnu l-bdiewa bdew jgħidu bejniethom: “Ara l-werriet! Ejjew noqtluh, biex il-wirt tiegħu niħduh aħna”. Qabduh, xeħtuh ’il barra mill-għalqa u qatluh. Issa sid l-għalqa x’jagħmlilhom lil dawk il-bdiewa meta jiġi?”. Qalulu: “Jeqridhom bla ħniena, ta’ ħżiena li huma, u l-għalqa jqabbilha lil bdiewa oħra li jroddulu l-frott fi żmienu”.

Qalilhom Ġesù: “Qatt ma qrajtu fl-Iskrittura li:
‘Il-ġebla li warrbu l-bennejja saret il-ġebla tax-xewka;
bis-saħħa tal-Mulej seħħ dan: ħaġa tal-għaġeb f’għajnejna’?

Għalhekk ngħidilkom li s-Saltna ta’ Alla tittieħed mingħandkom u tingħata lil ġens li jagħmel il-frott minnha”. Mt 21, 33-43.

pexels/jean paul wettstein: prepared for the wine of the future.

i. F’dak iż-żmien Ġesù qal lill-qassisin il-kbar u lix-xjuħ tal-poplu: “Isimgħu parabbola oħra: Kien hemm wieħed, sid ta’ għalqa, u ħawwilha bid-dwieli; tellgħalha ħajt tas-sejjieħ madwarha, ħaffer magħsar fiha, u bnielha torri; u qabbilha lil xi bdiewa. U siefer f’art oħra.
Meta wasal żmien il-frott, bagħat il-qaddejja tiegħu għand dawk il-bdiewa biex jiġbrulu l-frott li kien imissu.”

Alla li jidher distanti
huwa dak li mimli fiduċja
fl-art li ħawwel u l-mod kif ħa ħsiebha
fil-persuni li qabbad u dak li jistenna minnhom,
fil-frott li kapaċi joħroġ u ż-żmien li jagħti biex isir.

Irrifletti:

  • Kif tgħix l-esperjenza tad-distanza t’Alla?

pexels/steve: violent rejection.

ii. Iżda l-bdiewa qabdu lill-qaddejja, u lil wieħed sawtuh, lil ieħor qatluh, u lil ieħor ħaġġruh. Reġa’ bagħtilhom qaddejja oħra, aktar minn qabel, u għamlulhom l-istess.

Fl-aħħar bagħtilhom lil ibnu. “Minn ibni jistħu”, qal. Iżda kif raw lil ibnu l-bdiewa bdew jgħidu bejniethom: “Ara l-werriet! Ejjew noqtluh, biex il-wirt tiegħu niħduh aħna”. Qabduh, xeħtuh ’il barra mill-għalqa u qatluh. Issa sid l-għalqa x’jagħmlilhom lil dawk il-bdiewa meta jiġi?”. Qalulu: “Jeqridhom bla ħniena, ta’ ħżiena li huma, u l-għalqa jqabbilha lil bdiewa oħra li jroddulu l-frott fi żmienu”..

Fejn Alla mexa b’fiduċja
dawk responsabbli wieġbu
b’sens ta’ pussess
ma tawx frott
ħaddnu l-vjolenza.

Irrifletti:

  • Kif timxi fil-ħajja tiegħek?

pexels/wolfgang vrede: The most fruitful hour of his life was that of his greatest abasement. (Cf. John of the Cross)

iii. Qalilhom Ġesù: “Qatt ma qrajtu fl-Iskrittura li: ‘Il-ġebla li warrbu l-bennejja saret il-ġebla tax-xewka; bis-saħħa tal-Mulej seħħ dan: ħaġa tal-għaġeb f’għajnejna’? Għalhekk ngħidilkom li s-Saltna ta’ Alla tittieħed mingħandkom u tingħata lil ġens li jagħmel il-frott minnha”.

Imma Alla ma jweġibx lura bi vjolenza
l-aġir tiegħu iġib stagħġib:

David skartat isir is-sultan barka għall-poplu;
Ġesù maqtul barra l-belt, isir il-Mulej Irxoxt li jmexxi l-istorja;
Il-fiduċja tiġi mġedda, il-bniedem jerġa jiġi afdat

… imma l-frott tal-fiduċja li jpoġġi fina se jibqa’ jistennieh.

Irrifletti:

  • Liema fiduċja qed jiżra’ fik?

3. Missierna

TAGS

CATEGORIES

Family Liturgy

Comments are closed