Fuq felu ta’ Ħmar.
Niċċelebraw l-Evanġelju ta’ Ħadd il-Palm – B Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. Alla tiegħi, Alla tiegħi, għaliex tlaqtni? L-Evanġelju Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla Qari mill-Evanġelju skont San Mark Xħin waslu qrib Ġerusalemm, quddiem Betfaġe u Betanja, ħdejn l-Għolja taż-Żebbuġ, Ġesù bagħat tnejn mid-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Morru fir-raħal li hemm biswitkom, u kif taslu hemmhekk issibu felu marbut li ħadd qatt għadu ma rikeb fuqu. Ħolluh u ġibuh. Jekk xi ħadd jistaqsikom: ‘Dan kif qegħdin tagħmluh?’, għidulu: ‘Il-Mulej jeħtieġu,…