Hekk ħabb … li ta

Hekk ħabb … li ta


Mument ta’ talb għal Ħadd it-Trinità qaddisa

Ipprepara ħin u post għat-talb: Tliet xemgħat.


Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu.

Bħal ħuta fil-baħar hekk aħna f’Alla

Mulej, Sid tagħna,
kemm hu kbir ismek fl-art kollha!
Int qegħedt is-sebħ tiegħek ’il fuq mis-smewwiet.
Int, li s-sebħ tiegħek jgħannih
fomm it-tfal u t-trabi tal-ħalib;
int, li bnejt sur kontra l-għedewwa,
biex iġġib fix-xejn l-għadu u ’l min iqum kontrik.
Inħares lejn is-smewwiet, għemil subgħajk,
il-qamar u l-kwiekeb li int qegħedt fihom!
X’inhu l-bniedem biex tiftakar fih,
bin il-bniedem, biex taħseb fih?
Ftit inqas mill-allat għamiltu,
bis-sebħ u l-ġmiel żejjintu,
qegħedtu fuq l-għemejjel kollha ta’ idejk!



Kantiku (Danjel 3, 52-56)

Isma’ dan il-Kantiku kantat billi tagħfas play.

Ta’ min ifaħħrek u jgħollik fuq kollox għal dejjem

Imbierek int, Mulej, Alla ta’ missirijietna.

Ta’ min ifaħħrek u jgħollik fuq kollox għal dejjem

Imbierek ismek, qaddis u msebbaħ.

Ta’ min ifaħħrek u jgħollik fuq kollox għal dejjem

Imbierek int fit-tempju tas-sebħ imqaddes tiegħek.

Ta’ min ifaħħrek u jgħollik fuq kollox għal dejjem

Imbierek int li qiegħed fuq il-kerubini, li ħarstek tinfed l-abbissi.

Ta’ min ifaħħrek u jgħollik fuq kollox għal dejjem

Imbierek int fuq it-tron ta’ saltnatek.

Ta’ min ifaħħrek u jgħollik fuq kollox għal dejjem

Imbierek int fil-wisa’ kollu tas-sema.

Ta’ min ifaħħrek u jgħollik fuq kollox għal dejjem


L-Evanġelju

Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla

Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann (Ġw 3, 16-18)

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil Nikodemu: “Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem. Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq mid-dinja, imma biex id-dinja ssalva permezz tiegħu. Min jemmen fih ma jkunx ikkundannat; iżda min ma jemminx huwa ġa kkundannat, għax ma emminx fl-isem tal-Iben il-waħdieni ta’ Alla”.


Riflessjoni u talba:

Meta fil-mixja jaħkmu l-għija u l-għatx,
U taħbat taqta’ qalbek li ser tasal x’imkien
Tfeġġ nixxiegħa ta’ ilma ġieri li tibqa’ miexja miegħek.

Issa li bdejna ħerġin minn ġimgħat ta’ għeluq
Imxennqa għal xi forma ta’ normalità
Lil hinn mit-theddida ta’ għadu inviżibbli, silenzjuz, li jattakka n-nifs …

Meta bdejna insaqsu “Tgħid wasalna?”
Dħalt niġri l-ġewwa f’muta u swied il-qalb:
bniedem imut taħt sieq truxa għall-għajta “qed naqta’ nifsi!”

Għandi bżonn nieqaf waħda w sew quddiem in-nixxiegħa!
“A…a hekk ħabb lid-dinja li ta lil ibnu l-maħbub
Biex min jemmen fih ma jintilifx
Iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem.”

“When it’s over, I want to say: all my life I was a bride married to amazement.” Mary Oliver
Qabel tbexxaq il-bieb ta’ barra u tinbela,
bexxaq il-bieb tar-ruħ u stagħġeb quddiem il-misteru,

A..a


Hemm silenzju ieħor inviżibbli!
Li joħloq mhux joqtol.
Li jagħti n-nifs mhux jaqtgħu!
Ma tistax taħkmu. Hu ma jaħkimx.
Jiġġenera.
Ieqaf ftit! Isma’! Ħu nifs! Afda!
MISSIER … na … Ma!

Hekk ħabb (lid-dinja)


Fejn l-għatx biex inkun “jien” wassalni f’dinja ta’ fotokopji
Ħarist fin-nixxiegħa għaddejja
U għaraft li hemm STIL, dejjem ġdid, dejjem frisk
Imħabba konkreta
SPIRTU QADDIS

Li ta (lil Ibnu l-waħdieni)


Imħabba li tagħti
Imħabba li tirċievi
Rigal, għotja, maħbub, iħobb, għandu stil …
IBEN

Min jemmen fiH

Bħal min jidħol f’żifna
Hekk il-fiduċja ferriħija f’Ġesù,
dak li jgħaddik għal mod totalment ġdid kif tara l-ħajja.
Lil hinn milli tara kollox mil-lenti tal-kejl, tal-qies, tal-“jien” (aħtaf u ġib)
Agħraf li kollox huwa rigal … gratitudni, stagħġib, għotja.


• Ir-relazzjoni tiegħek ma’ Ġesù ta’ obbligu jew ta’ ferħ?
• Nagħraf li maħbub minnu? Kif qed jistedinni nara l-ħajja?

“So every day
I was surrounded by the beautiful crying forth
of the ideas of God,
one of which was you.” (Mary Oliver)

Ma jintilifx

Qed nisma’ sew?
Ma nintilifx? Ma nispiċċax fix-xejn? Ħajti tiswa? Il-vojt li kultant inħoss li se jiblagħni jintrebaħ?
Qed f’idejn tajba!
F’daqqa waħda l-biża’ bħaċ-ċpar quddiem ix-xemx tielgħa
iħalli spazju għal impenn seren.
“I don’t want to end up simply having visited this world.” (Mary Oliver)


• Liema kwalità mill-istil t’Alla tixtieq li timmarka ħajtek?
• Id-“dinja” tagħna taċċetta li mhix problema li xi bnedmin jintilfu, jinqatlu? Imma jien għal min minnhom nixtieq titlob illum?

Iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem


Ħafna drabi bżajna nħarsu lejn il-mewt
għax ħsibna li din il-ħajja biss għandna
u ngħixu f’paniku li kollox se jisfa fix-xejn.
U nippruvaw noħolqu proġetti enormi biex nagħmlu isem għalina nfusna
biex imbagħad neqirdu l-ambjent u lilna miegħu.
Iżda l-fiduċja ferriħija fi Kristu tagħtina s-sigriet ta’ ħajja li tibqa’ għal dejjem.
Il-perspettiva tinbidel. Kull mument li ngħix f’Alla għandu valur li jibqa’ għal dejjem.


• Nagħarfu li kull ġest żgħir ta’ mħabba mhux mitluf?


“Wieħed jaf sew li ħajtu ħa tagħti l-frott, imma mingħajr ma jippretendi li jaf kif, jew fejn, jew meta. Għandu ċ-ċertezza li xejn mill-ħidmiet li jwettaq bi mħabba mhu sa jintilef, xejn mhu sa jintilef mit-tħassib ġenwin tiegħu għall-oħrajn, xejn mhu ħa jintilef mill-għemejjel ta’ mħabba tiegħu lejn Alla, xejn mhu ħa jintilef mill-ħidma ġeneruża, xejn mhu ħa jintilef mis-sabar li mhux nieqes mill-uġigħ.” (Papa Franġisku, Evangelii Gaudium, 279)


Nitolbu l-Missierna flimkien

Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu

Ħajr:

Fr Jimmy Bonnici għar-riflessjoni.
Chris Bugeja, għall-kant tas-salm.

Comments are closed.

Fatal error: Uncaught wfWAFStorageFileException: Unable to verify temporary file contents for atomic writing. in /home/forge/marsaskalaparish.org/public/live/wp-content/plugins/wordfence/vendor/wordfence/wf-waf/src/lib/storage/file.php:52 Stack trace: #0 /home/forge/marsaskalaparish.org/public/live/wp-content/plugins/wordfence/vendor/wordfence/wf-waf/src/lib/storage/file.php(659): wfWAFStorageFile::atomicFilePutContents('/home/forge/mar...', '<?php exit('Acc...') #1 [internal function]: wfWAFStorageFile->saveConfig('livewaf') #2 {main} thrown in /home/forge/marsaskalaparish.org/public/live/wp-content/plugins/wordfence/vendor/wordfence/wf-waf/src/lib/storage/file.php on line 52