Tibżax toħroġ

Tibżax toħroġ

Niċċelebraw l-Evanġelju tal-Epifanija


Preparazzjoni:
Ipprepara ħin u post għat-talb: xemgħa, Bibbja, silenzju.


Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu.

Nersaq quddiem Alla b’qima:

Iqimuh is-slaten kollha,
il-ġnus kollha lilu jaqdu.
Għax hu jeħles lill-fqir li jsejjaħlu,
u lill-imsejken li m’għandux min jgħinu.
Iħenn għad-dgħajjef u għall-fqajjar; il-ħajja tal-fqajrin isalva.

(Salm 104)

A scene from “The Christ Child” video produced by The Church of Jesus Christ of Latter-day Saints shows the wisemen as they come before the child Jesus.

L-Evanġelju

Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla

Qari mill-Evanġelju skond San Mattew

Meta twieled Ġesù f’Betlehem tal-Lhudija, fi żmien is-sultan Erodi, xi maġi mil-Lvant ġew Ġerusalemm jistaqsu: “Fejn hu dak li twieled sultan tal-Lhud? Għax rajna l-kewkba tiegħu tielgħa, u ġejna nqimuh”. Is-sultan Erodi sama’ bihom, u tħawwad hu u Ġerusalemm kollha miegħu. Ġabar flimkien il-qassisin il-kbar u l-kittieba kollha tal-poplu, u ried jaf mingħandhom fejn kellu jitwieled il-Messija. U huma qalulu: “F’Betlehem tal-Lhudija, għax hekk inkiteb mill-profeta: “U int, Betlehem, art ta’ Ġuda, le, m’intix l-iżgħar fost il-bliet il-kbar ta’ Ġuda, għax minnek joħroġ mexxej li jirgħa l-poplu tiegħi Iżrael”.

Erodi mbagħad sejjaħ lill-maġi bil-moħbi, u tkixxef bir-reqqa kollha mingħandhom iż-żmien li fih dehritilhom il-kewkba; bagħathom Betlehem u qalilhom: “Morru, staqsu sewwa għat-tifel, u meta ssibuh ejjew għiduli, ħalli jien ukoll niġi nqimu”.

Dawk, wara li semgħu lis-sultan, telqu, u ara, il-kewkba li kienu raw tielgħa bdiet miexja quddiemhom sakemm waslet u waqfet fuq il-post fejn kien hemm it-tifel. Kif raw il-kewkba mtlew b’ferħ kbir tassew. Meta mbagħad daħlu d-dar u raw lit-tifel ma’ ommu Marija, inxteħtu fl-art iqimuh; fetħu t-teżori tagħhom u offrewlu rigali deheb, inċens u mirra. Imbagħad, billi kienu mwissijin f’ħolma biex ma jerġgħux imorru għand Erodi, telqu lura lejn arthom minn triq oħra.

(Mattew 12, 1-12)


Riflessjoni u talba:

Adoration of the Magi (tapestry) – 1894

i. “Fejn hu dak li twieled Sultan tal-Lhud? … Ġejna inqimuh”


Hemm mistoqsijiet ħerġin minn
qalb li kapaċi tistagħġeb quddiem il-meravilja tal-ħajja,
qalb li tfittex il-verità bla biża’,
qalb li tagħraf li ma tafx kollox …
u allura toħroġ, tfittex, tadura!

Irrifletti:

  • F’dawn il-ġranet, kien hemm xi ħaġa li ssorprendietek? Li wasslitek biex issaqsi affarijiet ġodda?
  • Din is-sena x’qed tfittex?

ii. “Morru, staqsu sewwa għat-tifel, meta ssibuh ejjew għiduli, ħalli jien ukoll niġi nqimu”

Erodi imwaħħal fil-biża’. Isaqsi biex jikkontrolla. Juża’ l-istess kliem tal-Maġi – inqimu – imma għal propaganda biex jgħatti qalb li qed tagħżel eżatt bil-kontra: li ma tqim lil ħadd u toqtol lil min jidhrilha.

Hemm dawk li għandhom kapaċitajiet kbar ta’ riċerka. Isibu ir-risposta t-tajba. Iżda mwaħħlin għax insew li qalbhom qed tfittex lil Alla. Minflok, ifittxu s-sigurtà fil-poter. L-għerf tagħhom ipoġġuh għas-servizz ta’ min jużah għall-ħażen! (Il-qassisin u l-kittieba kollha tal-poplu – li suppost kienu jistennew il-Messija! – jaqdu lil Erodi!).

Hemm imbagħad nies imwaħħlin għax ma jsaqsux u ma jfittxux. Jaħseb għalihom min hu fil-poter. Jekk jitħawwad hu, jitħawdu huma! (“tħawwad hu (Erodi) u Ġerusalemm kollha miegħu”).

Irrifletti

  • Fejn mistieden tieħu aktar responsabbiltà għal dak li qed jiġri madwarek?
  • Fejn hemm bżonn għarbiel aktar attent tal-informazzjoni li tisma’?
  • L-intelliġenza li l-Mulej tak kif tista’ tużaha aħjar?

iii.  “Kif raw il-kewkba mtlew b’ferħ kbir tassew … u niżlu iqimuh”

Il-qima ta’ Alla mhix skjavitù, kontroll ta’ “Erodi” ieħor, telfa tal-libertà. Anzi!

Hija marbuta ma’ esperjenza ta’ ferħ, ta’ estażi (fejn toħroġ lil hemm … lejn is-sbuħija, lejn il-milja).

Li tqim lil Alla tagħtik qawwa ta’ reżistenza quddiem min irid jużak għall-iskopijiet ħżiena tiegħu.

Meta tagħraf li m’intix Alla, meta tagħraf toħroġ minnek innifsek u “tinżel” tqim lil Alla, tiltaqa’ ma’ Alla li “niżel” jaħsel riġlejk biex jagħti dinjità lilek u lil kull bniedem!

Ikkontempla:

  • Ieqaf ftit fis-skiet quddiem Alla?
  • Aqra dawn is-siltiet li Etty Hillesum kitbet fid-djarju tagħha fiż-żmien tal-ħakma Nażista f’Amsterdam. X’taħseb li skopriet?

July 23, 1942, Thursday evening, 9:00 PM:  My red and yellow roses are now fully open. While I sat there working in that hell, they quietly went on blooming. Many say, “How can you still think of flowers!”

Last night, walking that long way home through the rain with the blister on my foot, I still made a short detour to seek out a flower stall and went home with a large bunch of roses. And there they are. They are just as real as all the misery I witness each day. “There is room for many things in my life, so much room, oh God.”

As I walked down those overcrowded corridors today, I suddenly felt the urge to kneel down right there, on the stone floor, among all those people. The only adequate gesture left to us in these times: “kneeling down before You.”

Each day I learn something new about people and realize more and more that the only strength comes, not from others, but from within.

“A desire to kneel down sometimes pulses through my body, or rather it is as if my body has been meant and made for the act of kneeling. Sometimes, in moments of deep gratitude, kneeling down becomes an overwhelming urge, head deeply bowed, hands before my face.”

Etty Hillesum (15 January 1914 – 30 November 1943) was a Jewish woman whose letters and diaries, kept between 1941 and 1943, describe life in Amsterdam during the German occupation. They were published posthumously in 1981. In her diaries, Etty evokes her spiritual evolution through a deep look inward. In 1943 she was deported and killed in Auschwitz concentration camp.


Nitolbu l-Missierna flimkien

Glorja lill-Missier u lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu,

Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, għal dejjem ta’ dejjem.

Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu

Ammen

Ħajr lil Fr Jimmy Bonnici għar-riflessjoni.

Comments are closed.