Browsed by
Author: Marsaskala Parish

Xefaq l-etern fil-ħabba tal-għajn?

Xefaq l-etern fil-ħabba tal-għajn?

Mument ta’ talb: L-34 Ħadd Matul is-Sena A Is-Solennità ta’ Kristu Sultan tal-Ħolqien kollu. Niċċelebraw l-Evanġelju tal-Ħadd Preparazzjoni:Ipprepara ħin u post għat-talb: xemgħa, Bibbja, mument ta’ silenzju Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. Nafda fil-Mulej il-futur kollu tiegħi Miegħi, iva, jimxu t-tjieba u l-ħnienail-jiem kollha ta’ ħajti.U ngħammar f’dar il-Mulejsakemm indum ħaj! L-Evanġelju Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla Qari mill-Evanġelju skond San Mattew (Mt 25, 31-46) F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Meta jiġi Bin il-bniedem fil-glorja tiegħu u bl-anġli…

Read More Read More

Fiduċjuż jew imbeżżgħa?

Fiduċjuż jew imbeżżgħa?

Mument ta’ talb: It-33 Ħadd Matul is-Sena A Niċċelebraw l-Evanġelju tal-Ħadd Preparazzjoni:Ipprepara ħin u post għat-talb: xemgħa, Bibbja, mument ta’ silenzju Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. Ir-rispett lejn Alla jnissel l-hena: Hieni kull min jibża’ mill-Mulej,kull min jimxi fit-triqat tiegħu!Mix-xogħol ta’ idejk inti tiekol;hieni int, u riżqek tajjeb!   (Salm 127) L-Evanġelju Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla Qari mill-Evanġelju skond San Mattew (Mt 25, 14-30) F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu din il-parabbola: “Wieħed li kien se jsiefer, sejjaħ lill-qaddejja…

Read More Read More

AVVIŻI – 8 ta’ Novembru 2020

AVVIŻI – 8 ta’ Novembru 2020

Qari mill-Evanġelju skont San Mattew F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu din il-parabbola: “Is-Saltna tas-Smewwiet ixebbhuha ma’ għaxar xebbiet li ħarġu bl-imsiebaħ tagħhom biex jilqgħu l-għarus. Ħamsa minnhom kienu boloh u ħamsa għaqlin, il-boloh ħadu l-imsiebaħ imma ma ħadux żejt magħhom, waqt li l-għaqlin ħadu mhux biss l-imsiebaħ iżda wkoll iż-żejt fil-kwies. L-għarus iddawwar ma ġie, u għalhekk ilkoll ħadhom in-ngħas u raqdu. Imbagħad f’nofs ta’ lejl instama’ min jgħajjat: “Ara l-għarus! Oħorġu ilqgħuh!”. Dawk ix-xebbiet qamu lkoll u ħejjew l-imsiebaħ…

Read More Read More