Mother & Baby

Mother & Baby

Link to BABY IN THE WOMB

Link to PRESENTATION OF BABY

Tagħrif fuq:

Il-Quddiesa u l-Barka fuq l-Ommijiet u t-Trabi fil-ġuf tagħhom fil-Parroċċa ta’ Wied il-Għajn

_____________________________________________________________________________

Fid-29 ta’ Marzu 2009 saret l-ewwel quddiesa u barka għall-ommijiet u t-trabi fil-ġuf tagħhom fil-Knisja Parrokkjali ta’  Wied il-Għajn. Qaddes il-WR Kappillan Dun Walter Cauchi. Il-quddiesa hija miftuħa wkoll għall-missierijiet, nanniet, qraba  u ħbieb tal-familja. Jitqassam fuljett bit-talb tal-quddiesa u l-barka. Wara, l-ommijiet u l-missirijiet jiehdu il-fuljett magħhom biex ikomplu jitolbu flimkien lil Alla matul it-tqala kollha fid-djar tagħhom.

Fil-ħin ta’ l-offertorju il-Kappillan u l-ommijiet u missirijiet jaqraw djalogu bejn Alla l-Missier u t-tarbija li se titwieled. Wara it-tarbija tagħti ħajr lil Alla l-Missier li għażilha biex tkun iċ-ċkejkna Tieghu. Wara it-tqarbijn omm u missier jagħtu ħajr lil Alla li għażilhom biex ikunu Miegħu biex jagħtu l-ħajja lit-tarbija tagħhom.

Matul il-konsagrazzjoni l-ommijiet u l-missirijiet jitilghu iżommu idejn xulxin madwar l-artal u jsir talb komuni mal-Kappillan.

Wara l-quddiesa l-ommijiet u l-missierijet jinġabru ħdejn l-Istatwa ta’ Sant Anna fejn il-Kappillan jagħti l-barka fuq l-ommijiet kollha.

Wara, il-Kappillan jagħti lil kull omm ċertifikat bil-kulur bl-istatwa ta’ Sant Anna, il-padruna ta’ Wied il-Għajn, u stampa ta’ tarbija fil-ġuf. Fuq is-santa l-kbira jinkiteb isem it-tarbija u d-data meta titwieled it-tarbija. L-ommijiet jingħataw ukoll santa iżgħar ta’ Sant’ Anna b’talba lil Sant Anna u domni  ta’ devozzjoni.

Fl-aħħar tal-quddiesa jittieħed ritratt ta’ l-ommijiet u missirijiet flimkien kmal-Kappillan li, war,a jintbagaht lill-ommijiet  id-dar tagħhom, mingħajr ħlas, biex jinżamm mill-familja bħala rikordju  ta’ l-okkazzjoni.

Il-Quddiesa qed issir fl-aħħar Ħadd tax-xahar ta’ Marzu, Ġunju, Settembru u Diċembru, kull sena, fl-10.15 ta’ filgħodu.

Attendew għall-quddiesa ommijiet u missirijiet minn M’Scala, B’Bugia, Birgu, Fgura, Għaxaq, Kalkara, Mġarr, Mosta, Msida, Mtarfa, Naxxar, Pembroke, Qrendi, Qormi, Qawra, Rabat,  Siġġiewi, Tarxien, Żabbar, u |ejtun.

Jattednu ukoll ommijiet u missierijiet biex jagħtu ħajr lil Alla li jkunu welldu it-tarbija tagħhom.

Il-Kappillan iħajjar lill-ommijet u missirijiet li se jwelldu tarbija minn Malta kollha biex barra li jattendu għall-quddiesa u l-barka jibqgħu jżuru, b’devozzjoni, l-istatwa ta’ Sant Anna fil-Knisja Parrokkjali, Wied il-Għajn, minn żmien għal żmien matul it-tqala u jħajjru ommijiet u missirijiet oħra biex jagħmlu dan.

Il-Quddiesa u Barka li jmiss se ssir il-Ħadd, 26 ta’ Ġunju,  2016 , fl-10.15 am.