Browsed by
Tag: life

3 rigali qabel tal-Maġi

3 rigali qabel tal-Maġi

Wara li għalqilhom iż-żmien għall-purifikazzjoni tagħhom skont il-Liġi ta’ Mose, ħaduh Ġerusalemm biex jippreżentawh lill-Mulej. (…) Meta temmew kulma kellhom jagħmlu skont il-liġi tal-Mulej reġgħu lura lejn il-Galilija fil-belt tagħhom ta’ Nazaret.

U t-tifel baqa’ jikber u jissaħħaħ, mimli bl-għerf. U l-grazzja ta’ Alla kienet fuqu.

Nefaħ fuqhom

Nefaħ fuqhom

Mument ta’ talb għal Għid il-Ħamsin. Ipprepara ħin u post għat-talb: xemgħa, maskra. Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. Aħna ngħixu bin-nifs ta’ Alla. Spirtu s-Santu, ejja fina, Raġġ ta’ dawl qaddis agħtina, Xerrdu f’ruħna mis-smewwiet. Salm 103 (104) Isma’ dan is-Salm kantat billi tagħfas play. Ibgħat l-Ispirtu tiegħek, Mulej, u ġedded il-wiċċ tal-art Bierek ruħ tiegħi, lill-Mulej!Mulej, Alla tiegħi, inti kbir bil-bosta!Kemm huma kotrana l-għemejjel tiegħek, Mulej!Mimlija l-art bil-ħlejjaq tiegħek. Ibgħat l-Ispirtu tiegħek, Mulej, u ġedded il-wiċċ tal-art…

Read More Read More

Lazzru oħroġ!

Lazzru oħroġ!

Il-Ħames Ħadd tar-Randan (A) Mument ta’ talb fil-familja bl-Evanġelju tal-Ħadd. Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu Niftakru fil-kliem ta’ Ġesù: “Fejn tnejn jew tlieta huma miġbura f’ismi hemm jien f’nofshom.” (Mattew 18,20). Ġesù qiegħed f’nofsna. 1. Nisimgħu il-Kelma: mill-Vanġelu skont San Ġwann “Ġesù ħass ruħu mqanqal għal darb’oħra u resaq lejn il-qabar. Dan kien għar magħluq bi blata fuqu. Ġesù qal: “Neħħu l-blata”. Marta, oħt il-mejjet, qaltlu: “Mulej issa beda jrejjaħ; ġa ilu erbat ijiem mejjet”. Qalilha Ġesù: “Ma…

Read More Read More