Browsed by
Tag: seed

Alla jissorprendi.

Alla jissorprendi.

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-kotra tan-nies: “Is-Saltna ta’ Alla hi bħal meta raġel ikun xeħet iż-żerriegħa fl-art. Rieqed jew imqajjem, billejl jew binhar, iż-żerriegħa tinbet u tikber, bla ma jaf kif. L-art trodd minnha nfisha l-ewwel il-barma, imbagħad is-sbula, imbagħad il-qamħ mimli fis-sbula. U meta l-frott isir, malajr il-bidwi jmidd idu għall-minġel, għax ikun wasal żmien il-ħsad”.

U qal: “Ma’ xiex sejrin inqabbluha s-Saltna ta’ Alla, jew b’liema parabbola nfissruha? Qisha żerriegħa tal-mustarda; din meta tinżara’ fil-ħamrija, hi l-iċken fost iż-żrieragħ kollha fuq l-art; imma wara li tinżara’ tikber u ssir l-akbar waħda fost il-ħxejjex kollha, u toħroġ friegħi wesgħin, hekk li l-għasafar tal-ajru jkunu jistgħu jistkennu għad-dell tagħha”.

B’ħafna parabboli bħal dawn kien ixandrilhom il-kelma, kif kienu jistgħu jifhmuha huma, u mingħajr xi parabbola ma kienx ikellimhom; imma lid-dixxipli tiegħu, meta kien ikun waħdu magħhom, kien ifissrilhom kollox.

Ħwejjeġ moħbija…

Ħwejjeġ moħbija…

Mument ta’ talb: Is-Sittax-il Ħadd Matul is-Sena A Niċċelebraw il-Vanġelu fin-normalità: stejjer (2) Preparazzjoni:Ipprepara ħin u post għat-talb: xemgħa, Bibbja Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. Qegħdin fil-preżenza t’Alla li juża l-qawwa tiegħu biex jerfa’ Int, Alla Sidi, ħanin u twajjeb,iddum biex tagħdab, kollok tjieba u fedeltà.Ħares lejja u ħenn għalija,agħti qawwa lill-qaddej tiegħek(Salm 85) L-Evanġelju Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla Qari mill-Evanġelju skond San Mattew (Mt 13, 24-35) F’dak iż-żmien, Ġesù qal lin-nies din il-parabbola: “Is-saltna tas-Smewwiet tixbah lil wieħed…

Read More Read More