AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
1 ta’ Novembru 2020
Is-Seminarista Gylan Camilleri Il-Ħadd 1 ta’ Novembru 2020, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fid-9:30am, Mons. Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta ser jilqa’ tliet seminaristi bħala kandidati għas-saċerdozju, fosthom lis-Seminarista Gylan Camilleri mill-Parroċċa tagħna. Nawgurawlu u nitolbu għalih. Aqra aktar hawn: https://knisja.mt/tliet-kandidati-godda-ghas-sacerdozju-2/ |
Tifkira tal-Mejtin Kollha It-Tnejn 2 ta’ Novembru 2020 hija t-tifkira tal-għeżież tagħna mejtin. Il-Quddies ikun kull nofs siegħa mis-6:30am sat-8:30am. Filgħaxija jkollna tas-6:00pm, wara adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija u fis-7:30pm quddiesa għall-mejtin kollha li mietu matul din is-sena. L-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar Il-Ġimgħa 6 ta’ Novembru 2020 huwa l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar għalhekk wara l-quddiesa tas-6:00pm ikollna l-adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija. Skola Primarja Sant’Anna Marsaskala Il-Kap tal-Iskola Primarja Sant’Anna tixtieq tinforma lill-ġenituri li wliedhom ser jagħlqu 3 snin sal-aħħar t’April 2021 sabiex jikkuntattjaw l-iskola u jirreġistraw lil uliedhom mhux aktar tard mill-aħħar ta’ Diċembru 2020. Fuq in-noticeboard ta’ fejn il-bieb il-kbir issibu aktar informazzjoni. |