Il-ferħ qabel l-ubbidjenza
Niċċelebraw l-Evanġelju tar-Raba’ Ħadd tal-Avvent
Preparazzjoni:
Ipprepara ħin u post għat-talb: 4 xemgħat/girlanda, Bibbja, mument ta’ silenzju
Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu.
Ma’ Marija nieqaf quddiem Alla:
Sliem għalik, mimlija bil-grazzja. Il-Mulej miegħek.
Hawn jien il-qaddejja tal-Mulej,
Ħa jsir minni skont kelmtek!
L-Evanġelju
Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla
Qari mill-Evanġelju skond San Ġwann (Ġw 1, 6-8.19-28)
F’dak iż-żmien, Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f’belt tal-Galilija, jisimha Nazaret, għand xebba, mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta’ David. Dix-xebba kien jisimha Marija. L-anġlu daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek” .
Hi tħawdet ħafna għal dan il-kliem, u bdiet taħseb bejnha u bejn ruħha x’setgħet qatt tfisser din it-tislima. Iżda l-anġlu qalilha: “Tibżax, Marija, għax int sibt grazzja quddiem Alla. Ara, int se tnissel fil-ġuf u jkollok iben u ssemmih Ġesù. Hu jkun kbir, u jkun jissejjaħ Bin l-Għoli. Il-Mulej Alla jagħtih it-tron ta’ David missieru, u jsaltan għal dejjem fuq dar Ġakobb, u ma jkunx hemm tmiem għas-saltna tiegħu”.
Iżda Marija qalet lill-anġlu: “Kif ikun dan, ladarba ma nagħrafx raġel?”. Wieġeb l-anġlu u qalilha: “L-Ispirtu s-Santu jiġi fuqek, u l-qawwa tal-Għoli tixħet id-dell tagħha fuqek. U għalhekk dak li jitwieled minnek ikun qaddis, u jissejjaħ Bin Alla. Ara, l-qariba tiegħek Eliżabetta, fi xjuħitha, hi wkoll nisslet iben fil-ġuf, u ġa għandha sitt xhur dik li għaliha kienu jgħidu li ma jistax ikollha tfal, għax għal Alla ma hemm xejn li ma jistax isir”.
Imbagħad qalet Marija: “Ara, jien il-qaddejja tal-Mulej: ħa jsir minni skont kelmtek!” U l-anġlu telaq minn quddiemha.
(Luqa 1, 26-38)
Riflessjoni u talba:
Jekk il-Ħadd li għadda il-Vanġelu fetħilna għajnejna għal dak li ma jidhirx – raġel mibgħut minn Alla – ir-raba’ Ħadd tal-Avvent jissorprendina kemm Alla hu konkret!
i. Tliet ismijiet
L-aħbar tal-ġrajja li bidlet l-istorja kollha tal-univers, tibda bi tliet ismijiet: Alla bagħat l-anġlu f’belt “jisimha Nazaret”, għand xebba mgħarrsa ma’ raġel “jismu Ġużeppi”, din ix-xebba kien “jisimha Marija”.
U l-post insinifikanti (x’jista’ joħroġ tajjeb min-Nażaret) isir il-post li jġorr miegħu kulfejn jixxandar ismu: Ġesù ta’ Nażareth
U l-bniedem li ħadd ma qiesu ta’ valur (Ġużeppi – “dan mhux bin il-mastrudaxxa!” = ma jistax joħroġ għerf minn hemm) Ġesù sab fih mudell biex jgħarrafna min hu Alla: Abba – Missier;
U l-mara fraġli li setgħet faċilment tiġi mħaġġra – Marija – issir dik li kull nisel issejħilha ħienja.
Ma hemm l-ebda post li huwa insinifikanti u ‘l bogħod mill-imħabba t’Alla u l-ebda persuna li Alla ma jagħtihiex valur u futur.
Irrifletti:
- Liema huma l-ismijiet ta’ postijiet u persuni li huma importanti fl-istorja tiegħek?
- B’liema mod jasal Alla għandek permezz tagħhom?
ii. “Ifraħ, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek”
L-ewwel kelma li jgħid il-mibgħut ta’ Alla – l-anġlu Gabrijel – hija l-kelma “ifraħ” (Sliem għalik; Greek: Chaire). Hija wkoll il-kelma li l-anġlu jgħid lir-rgħajja “Tibżgħux, għax araw qiegħed inħabbrilkom ferħ kbir” (Lk 2,10). Huwa wkoll id-don li jirċievu d-dixxipli meta jiltaqgħu ma’ Kristu Rxuxtat “Id-dixxipli ferħu meta raw lill-Mulej” (Ġw 20,20).
L-Aħbar it-Tajba ma tibdiex bl-ubbidjenza jew xi sett ta’ liġijiet iżda bil-ferħ. Huwa l-ferħ ta’ Alla li jċaqlaq kollox u jirbaħ il-biża li xxekkel: Tibżax! Is-sigriet huwa l-presenza ta’ Alla magħna, f’nofsna.
Irrifletti
- Xi jfisser għalik Alla li jitkellem fuq ferħ? Ieqaf ftit u isma’ lil Alla f’dan il-kliem!
iii. “jien il-qaddejja tal-Mulej”
Dak li hu partikulari u ċkejken malajr jista’ jinqered minħabba l-biża’. Is-salvazzjoni tibda permezz tar-relazzjoni, ta’ konnessjoni, impenn flimkien. Jien il-qaddejja tal-Mulej. Marija issib is-salvazzjoni għax magħquda ħaġa waħda m’Alla. Il-preposizzoni “ta’” għandha qawwa li tirbaħ il-biża’.
Irrifletti:
- Xi tfisser għalik li tagħżel li tkun “ta’ Alla”?
- Kif tispirak din il-poeżija ta’ Madeleine Delbrel: Iż-żifna tal-Ubbidjenza?
Lord, come ask us to dance.
We’re ready to dance this errand for you.
These accounts to do, this dinner to prepare, this vigil to keep when we would prefer to sleep.
We’re ready to dance for you the dance of work.
The dance of heat, and later the dance of cold.
If certain melodies are often played in minor key, we won’t tell you that they’re sad;
If others leave us a little breathless, we won’t tell you that they knock the wind out of us.
And if other people bump into us, we’ll take it with a good laugh,
Knowing well that that’s the sort of thing that happens when you’re dancing…
Make us live our life
Not like a game of chess, where every move is calculated,
Not like a contest, where everything is difficult,
Not like a math problem, which makes our head hurt,
But like an endless celebration,
Where our meeting with you is constantly new. Like a ball,
Like a dance,
In the arms of your grace,
In the universal music of love.
Lord, ask us to dance.
Nitolbu l-Missierna flimkien
Glorja lill-Missier u lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu,
Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, għal dejjem ta’ dejjem.
Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu
Ammen
Ħajr lil Fr Jimmy Bonnici għar-riflessjoni.