Fuq x’hiex isserraħ?
Niċċelebraw l-Evanġelju tal-1 Ħadd tar-Randan
Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu.
Ħenn għalina, Mulej, għaliex dnibna.
L-Evanġelju
Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla
Qari mill-Evanġelju skont San Mattew
F’dak iż-żmien, l-Ispirtu ħa lil Ġesù fid-deżert biex ix-Xitan iġarrbu. U Ġesù baqa’ sajjem għal erbgħin jum u erbgħin lejl, u fl-aħħar ħadu l-ġuħ. U resaq it-tentatur u qallu: “Jekk inti Bin Alla, ordna li dan il-ġebel isir ħobż”. Iżda Ġesù wieġbu: “Hemm miktub: ‘Il-bniedem mhux bil-ħobż biss jgħix, iżda b’kull kelma li toħroġ minn fomm Alla’”.Imbagħad ix-Xitan ħadu miegħu fil-Belt imqaddsa, qiegħdu fuq il-quċċata tat-tempju, u qallu: “Jekk inti Bin Alla, inxteħet għal isfel; għax hemm miktub li: ‘Lill-anġli tiegħu jordnalhom jieħdu ħsiebek, u li fuq idejhom jerfgħuk, ħalli ma taħbatx riġlek ma’ xi ġebla’”. Qallu Ġesù: “Hemm miktub ukoll: ‘Iġġarrabx lill-Mulej, Alla tiegħek’”.Għal darb’oħra x-Xitan ħadu miegħu fuq muntanja għolja ħafna, urieh is-saltniet kollha tad-dinja u l-glorja tagħhom, u qallu: “Dawn kollha nagħtihom lilek jekk tinxteħet tadurani”. Imbagħad qallu Ġesù: “Itlaq, Xitan! Għax hemm miktub: ‘Lill-Mulej, Alla tiegħek, għandek tadura, u lilu biss taqdi’”.Imbagħad ix-Xitan ħallieh. U minnufih ġew xi anġli u kienu jaqduh.
(Mt 4:1-11)
Riflessjoni u talba:
i. Ġesù wieġbu: “Hemm miktub: ‘Il-bniedem mhux bil-ħobż biss jgħix, iżda b’kull kelma li toħroġ minn fomm Alla’”.
Illum niffissa fuq il-ħobż
għada kif se nnaqqas il-ħobż
illum niffissa fuq il-laħam
għada kif se nnaqqsu
illum insejt niekol
għax issa iffissajt fuq ix-xogħol.
Ġesù ma jiffissax, ħieles, jistrieħ biss fuq l-imħabba tal-Missier.
Jaf meta għandu jibqa’ ftit bil-ġuħ biex is-Samaritana tiskopri l-ilma ħaj
meta għandu jaqsam il-ħobż biex jifforma komunità ta’ tama
meta jieqaf ftit mix-xogħol biex jieħu d-dixxipli jistrieħu.
Irrifletti
- Fejn mistieden tistrieħ iżjed fuq l-imħabba t’Alla?
ii. Qallu Ġesù: “Hemm miktub ukoll: ‘Iġġarrabx lill-Mulej, Alla tiegħek’”.
Iġġarrabx lill-Mulej Alla tiegħek!Ġesù tgħallem jistenna, ma jinġarrx mis-suċċess, ma jfittxux.Telaq mir-raħal fejn kien sar popolari biex imur għand min minsi.Ma mmanipulax in-nies iżda tgħallem bil-mod il-lingwaIvvinta ftit ftit parabboli biex jista’ jinftiehemu mhux niżżel in-nar fuq min ma fehmux.Ħarab meta riedu jagħmluh sultanu baqa’ jistenna b’fiduċja fuq is-salib,fid-dlam u l-inċertezzau mhux niżel minn fuqu.
Irrifletti
- Kif mistieden tpoġġi flimkien il-fiduċja f’Alla u l-kontribut attiv tiegħek?
iii. “Itlaq, Xitan! Għax hemm miktub: ‘Lill-Mulej, Alla tiegħek, għandek tadura, u lilu biss taqdi’”.
Mulej kompli għinna ngħidu “Itlaq, Xitan”.Għax tant żagħżagħ u adulti iħossu li l-uniku mod biex jirnexxu,biex jibdew karriera, biex ikollhom post,huwa li jaduraw lil xi prinċep ta’ din id-dinja. Bħala membri tal-Knisja wkoll inħossu li l-uniku mod biex ikunu rilevantihuwa meta nidhru, meta jkollna l-poter f’idejna,meta nikklassifikaw b’mod ċar min hu midneb u min mhux,meta nidhru perfetti jew naħsbu unikament fuq l-immaġni tagħna. Għallimna mill-ġdid kif lil Alla waħdu naduraw u lilu biss inqimu.Dewwaqna mill-ġdid il-paċi u l-libertà li din ir-rebħa fuq ix-xitan ġabet fik:fil-mument ta’ falliment u nuqqas ta’ rilevanza totali fuq is-salibinti bqajt tafda fil-Missier bla preokkupazzjoni fuq is-suċċess,b’qalb ħielsa mimlija għożża għal ommok, għal kull dixxiplu,għal “ħalliel”, għal dawk li ma jafux x’inhuma jagħmlu.
Irrifletti
- Fejn tesperjenza t-tentazzjoni biex tadura x-xitan u l-forzi tal-ħażen biex tirnexxi?
Nitolbu l-Missierna flimkien
Glorja lill-Missier,
u lill-Iben,
u lill-Ispirtu s-Santu,
kif kien mill-bidu,
issa u dejjem,
jibqa’ għal dejjem,
ta’ dejjem,
Ammen.
Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu
Ammen
Ħajr lil Fr Jimmy Bonnici għar-riflessjoni.