
Uri l-inviżibbli.
Niċċelebraw l-Evanġelju tat-tlugħ fis-sema tal-Mulej.
Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu
Tela’ Alla b’għajat ta’ ferħ.
- Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Hekk kien miktub, li l-Messija jbati u fit-tielet jum iqum mill-imwiet, u li l-indiema għall-maħfra tad-dnubiet tixxandar f’ismu lill-ġnus kollha, ibda minn Ġerusalemm. Intom xhud ta’ dan. U jiena, araw, nibgħat fuqkom lil dak li wiegħed Missieri. Imma intom ibqgħu fil-belt, sa ma Alla jkun libbiskom bil-qawwa tiegħu”.
Imbagħad ħadhom sa ħdejn Betanja, u rafa’ jdejh u berikhom. U ġara li, huwa u jberikhom, infired minnhom u kien meħud fis-sema. Huma nxteħtu fl-art jagħtuh qima, u mimlijin b’ferħ kbir reġgħu lura lejn Ġerusalemm, u qagħdu l-ħin kollu fit-tempju jbierku lil Alla. (Lq 24:46-53)

pexels/kseniachernaya: sent to transmit God’s joy.
i. F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Hekk kien miktub, li l-Messija jbati u fit-tielet jum iqum mill-imwiet, u li l-indiema għall-maħfra tad-dnubiet tixxandar f’ismu lill-ġnus kollha, ibda minn Ġerusalemm. Intom xhud ta’ dan.
Intom xhud ta’ dan;
b’ħajjitkom tindikaw dak li ma jidhirx:
li l-imħabba t’Alla ssalva mhux minn distanza
imma f’solidarjetà sħiħa mat-tbatija;
li r-rebħa tal-Messija fuq il-mewt u l-vjolenza
tissarraf mhux f’vendetta iżda f’maħfra li tirriġenera;
li l-ħarsa t’Alla ma teskludi l-ebda ħlieqa fid-dinja,
imma tibda mill-fiduċja u l-maħfra fil-post fejn telquh: Ġerusalemm.
Irrifletti:
X’qed tipprova twassal bil-ħajja tiegħek?

pexels/n voitkevich: receive the power of the Holy Spirit.
ii. U jiena, araw, nibgħat fuqkom lil dak li wiegħed Missieri. Imma intom ibqgħu fil-belt, sa ma Alla jkun libbiskom bil-qawwa tiegħu.
Hemm dejjem ħafna aktar
fil-qalb t’Alla, fil-qalb tad-dixxiplu:
mhux immexxija
minn bżonn li jimpressjonaw
minn disperazzjoni li jeżoneraw il-ħtija
minn paniku u attività frenetika
imma immexxija
minn wegħda ħierġa mill-Missier etern
minn rieda ta’ Ġesù fuq id-dixxipli
minn qawwa tal-Ispirtu li jlibbishom:
mhux weraq li jgħattu l-mistħija
imma sbuħija li tattira.
Irrifletti:
X’inhi l-motivazzjoni li tmexxik f’ħajtek?

pexels/rdne: blessed and sent.
iii. Imbagħad ħadhom sa ħdejn Betanja, u rafa’ jdejh u berikhom. U ġara li, huwa u jberikhom, infired minnhom u kien meħud fis-sema. Huma nxteħtu fl-art jagħtuh qima, u mimlijin b’ferħ kbir reġgħu lura lejn Ġerusalemm, u qagħdu l-ħin kollu fit-tempju jbierku lil Alla.
Rafa’ jdejh u berikhom:
ġest li jgħaddi t-tjubija u l-fiduċja t’Alla
ġest li jpoġġihom bħala adulti fid-dinja
ġest li jqanqal risposta:
qima ta’ Ġesù – Alla li daħal fl-istorja –
stil ta’ ħajja immarkat minn ferħ.
Irrifletti:
Ieqaf u irċievi l-barka t’Alla fuqek.
- Missierna