Browsed by
Month: July 2025

Xejn jew kollox?

Xejn jew kollox?

Darba Ġesù kien qiegħed xi mkien jitlob. Kif

spiċċa mit-talb, wieħed mid-dixxipli tiegħu

qallu: “Mulej, għallimna nitolbu, bħalma

Ġwanni wkoll għallem lid-dixxipli tiegħu”. U

qalilhom: “Meta titolbu, għidu:

‘Missier, jitqaddes ismek, tiġi Saltnatek.

Ħobżna ta’ kuljum agħtina kuljum.

U aħfrilna dnubietna,

għax aħna wkoll naħfru lil kull min hu ħati

għalina,

u la ddaħħalniex fit-tiġrib’”. Lq 11:1-13.

L-essenzjal.

L-essenzjal.

F’dak iż-żmien, Ġesù daħal f’raħal, u laqgħetu għandha waħda mara jisimha Marta. Din kellha oħtha, jisimha Marija, li niżlet bilqiegħda f’riġlejn il-Mulej tisimgħu x’kien qiegħed jgħid. Iżda Marta kienet moħħha fuq il-ħafna xogħol tad-dar. Imbagħad resqet u qaltlu: “Mulej, m’intix tara kif oħti ħalliet ix-xogħol kollu fuqi biss? Mela għidilha taqbad tagħmel xi ħaġa miegħi”. Qabeż il-Mulej u qalilha: “Marta, Marta! Inti taħseb wisq u tinkwieta fuq ħafna ħwejjeġ; imma waħda hi meħtieġa. U Marija għażlet l-aħjar sehem, li ma jitteħdilhiex”. Lq 10:38-42.

Dewwi.

Dewwi.

Niċċelebraw l-Evanġelju tal-ħmistax il-Ħadd tas-sena. pexels/alina zahorulko: the healing power of care. Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu Il-preċetti tal-Mulej dritti, u jferrħu l-qalb. F’dak iż-żmien, iqum wieħed għaref fil-Liġi u, biex iġarrab lil Ġesù, staqsieh: “Mgħallem, x’nagħmel biex niret il-ħajja ta’ dejjem?”. Qallu Ġesù: “Fil-Liġi x’hemm miktub? Inti x’taqra fiha?”. U dak wieġeb: “Int għandek tħobb il-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, u b’ruħek kollha, bil-qawwa tiegħek kollha, u b’moħħok kollu, u lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek”.Qallu Ġesù: “Sewwa weġibt;…

Read More Read More