Nar

Nar

Niċċelebraw l-Evanġelju tal-għoxrin Ħadd tas-sena.

pexels/mohammedelaminemsiouri: what kind of fire?

Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu

Mulej, fittex għinni.

  1. Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Nar ġejt inqiegħed fuq l-art, u kemm nixtieq li diġà qabad! Iżda hemm magħmudija li biha għandi nitgħammed, u x’diqa għandi sa ma dan iseħħ! Taħsbu intom li jien ġejt inġib il-paċi fid-dinja? Le, ngħidilkom, imma l-firda; għax mil-lum ’il quddiem ħamsa min-nies f’dar waħda jkunu mifruda bejniethom, tlieta kontra tnejn u tnejn kontra tlieta; jinfirdu l-missier kontra l-iben u l-iben kontra l-missier, l-omm kontra l-bint u l-bint kontra l-omm, omm ir-raġel kontra mart binha u mart l-iben kontra omm żewġha”. Lq 12: 49-53.

pexels/saleh bakhshivyev: fire that sustains life.

i. F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Nar ġejt inqiegħed fuq l-art, u kemm nixtieq li diġà qabad!

Hemm nar li jeqred
Hemm nar li jippurifika
Hemm nar li jħeġġeġ.

Lil Dak li ħalaq kulma hu tajjeb
ma nsibuh qatt jeqred

imma għandu xewqa kbira
li jippurifika mill-ipokrisija, mill-kilba, mis-superfiċjalità

imma għandu xewqa kbira
li jħeġġeġ u jeħles mill-indifferenza.

Irrifletti:
X’tip ta’ nar titlob f’ħajtek?

pexels/jan kroon: walk the talk.

ii. Iżda hemm magħmudija li biha għandi nitgħammed, u x’diqa għandi sa ma dan iseħħ!

It-triq li biha jippurifika minn dak li hu diżuman
It-triq li biha jwassal il-ħeġġa ġdida tal-imħabba
mhix li jaħrab hu stess mill-isfida:

li jgħix it-tajjeb u l-ġustizzja
anke meta jkollu jġorr ir-rifjut ma’ min dawn ma jridhomx;

li jgħix il-ħeġġa tal-imħabba
anke meta jbati l-aggressività passiva tal-indifferenti.

Irrifletti:
Fejn issibha diffiċli li tgħix is-sewwa?

pexels/peterjkambey: struggle – internal and external.

iii. Taħsbu intom li jien ġejt inġib il-paċi fid-dinja? Le, ngħidilkom, imma l-firda; għax mil-lum ’il quddiem ħamsa min-nies f’dar waħda jkunu mifruda bejniethom, tlieta kontra tnejn u tnejn kontra tlieta.

Kien mingħalija li t-triq tal-fidi faċli
li l-affarijiet jaqgħu f’posthom waħedhom.

Imma mhux hekk!

It-triq t’Alla qatt ma hi imposizzjoni minn fuq
imma tindirizza l-libertà tal-bniedem.

Fija nnifsi hemm ġlieda:

tlieta kontra tnejn u tnejn kontra tlieta
nixtieq it-triq tiegħU u fl-istess ħin nirreżistiH.

Hekk ukoll jiġri fl-istess relazzjonijiet intimi u fis-soċjetà.

Irrifletti:
Liema għażla mistieden tagħmel fil-libertà tiegħek?

  1. Missierna
Comments are closed.