
Imxi.
Niċċelebraw l-Evanġelju tat-tlieta u għoxrin Ħadd tas-sena.

pexels/jeffrey czum: to courage to step forward.
Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu
Mulej, int kenn għalina.
- Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla
F’dak iż-żmien, kotra kbira ta’ nies kienet miexja ma’ Ġesù. Hu dar lejhom u qalilhom: “Min jiġi għandi ma jistax ikun dixxiplu tiegħi jekk ma jobgħodx lil missieru u ’l ommu u lil martu u lil uliedu, ’il ħutu subien u bniet, u saħansitra lilu nnifsu. Min ma jerfax salibu u jimxi warajja ma jistax ikun dixxiplu tiegħi. Għax min minnkom ikun irid jibni torri u ma joqgħodx bilqiegħda biex l-ewwel nett iqis in-nefqa, ħalli jara għandux biżżejjed biex iwassal sal-aħħar? Għax jekk jiġrilu li jqiegħed is-sisien biex imbagħad ma jkunx jista’ jtemm il-bini, kull min jarah jibda jwaqqgħu għaċ-ċajt u jgħid: ‘Dan il-bniedem beda jibni u ma kellux il-ħila jkompli sal-aħħar’. Jew liema sultan, li jkun sejjer jagħmel gwerra kontra sultan ieħor, ma joqgħodx l-ewwel bilqiegħda biex jara jekk jistax b’għaxart elef raġel iħabbatha ma’ min ġej għalih b’għoxrin elf ruħ? Għax inkella, meta l-ieħor ikun għadu ’l bogħod, ikollu jibgħatlu ambaxxata biex jitolbu l-ftehim għall-paċi. Hekk ukoll ħadd ma jista’ jkun dixxiplu tiegħi jekk ma jitlaqx ġidu kollu”. Lq 14:25-33.

pexels/cottonbro: the courage to step into the unknown.
i. F’dak iż-żmien, kotra kbira ta’ nies kienet miexja ma’ Ġesù. Hu dar lejhom u qalilhom: “Min jiġi għandi ma jistax ikun dixxiplu tiegħi jekk ma jobgħodx lil missieru u ’l ommu u lil martu u lil uliedu, ’il ħutu subien u bniet, u saħansitra lilu nnifsu.
Min jaħseb li wasal ma jimxix!
Min irid lil ta’ madwaru jibqgħu fejn huma,
jimlihom bix-xemgħa jew bil-biża’!
Ġesù jara l-folol u jippreferi jagħtihom sfida:
Jekk mhux lest li tħalli warajk dak li jagħtik sigurtà –
ideat, drawwiet, ġid –
ma tistax tirċievi il-ħajja.
Jekk tidealizza xi persuna – għażiża kemm hi għażiża –
qatt m’hu ser tersaq lejn il-veru int: xbieha t’Alla.
Irrifletti:
X’hemm bżonn tħalli warajk?

pexels/atahandemir: the courage to embrace reality.
ii. Min ma jerfax salibu u jimxi warajja ma jistax ikun dixxiplu tiegħi.
Iltqajna ma’ persuni li għamlu għażliet kuraġġużi:
li ma jibżgħux jaħsbu b’mod differenti mill-ideoloġija dominanti,
li jadottaw stil ta’ ħajja aktar sempliċi f’kultura konsumista
li jġorru b’dinjità l-isfidi kbar li ġabitilhom il-ħajja
li jibqgħu impenjati għall-ġustizzja u l-verità minkejja l-konsegwenzi fuq ħajjithom.
Irrifletti:
Fejn mistieden tagħmel għażla importanti f’ħajtek?

pexels/moonhead: the courage to let go.
iii. Għax min minnkom ikun irid jibni torri u ma joqgħodx bilqiegħda biex l-ewwel nett iqis in-nefqa, ħalli jara għandux biżżejjed biex iwassal sal-aħħar? … Hekk ukoll ħadd ma jista’ jkun dixxiplu tiegħi jekk ma jitlaqx ġidu kollu”
Biex timxi trid tħalli warajk is-sigurtà ta’ meta wieqaf;
Biex tħobb trid tħalli warajk il-kontroll;
Biex tgħix il-Vanġelu trid tħalli warajk il-bżonn ta’ suċċess immedjat;
Biex tagħmel ir-rieda t’Alla trid tħalli warajk l-illużjoni li ħkimtha darba għal dejjem.
Imxi, inħeles, ħalli l-Evanġelju jissorprendik ftit ftit kuljum.
Irrifletti:
Il-mixja wara Ġesù kif kienet għalik esperjenza ta’ libertà?
- Missierna