“Il-King”… bħal teżor moħbi…
Mument ta’ talb: Is-Sbatax-il Ħadd Matul is-Sena A
Niċċelebraw il-Vanġelu fin-normalità: stejjer (3)
Preparazzjoni:
Ipprepara ħin u post għat-talb: xemgħa, Bibbja
Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu.
F’qalbi hemm xewqa profonda għal Alla. Għalhekk qed hawn …
Mulej, dan hu sehmi,
li nħares il-kelma tiegħek.
Aħjar għalija l-liġi ta’ fommok
mill-eluf ta’ flejjes tad-deheb u l-fidda.
(Salm 118)
L-Evanġelju
Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla
Qari mill-Evanġelju skond San Mattew (Mt 13, 44-46)
F’dak iż-żmien Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil teżor moħbi f’għalqa, li wieħed raġel isibu u jaħbih, u kollu ferħan imur ibigħ kull ma jkollu u jixtri dik l-għalqa.
Tixbah ukoll is-Saltna tas-Smewwiet lil wieħed neguzjant ifittex ġawhar fin; meta sab ġawhra tiswa ħafna, mar biegħ kull ma kellu u xtara lilha.
Riflessjoni u talba:
“Il-king”.
X’nifhmu biha? U kif nifhmu s-Saltna t’Alla?
Fil-qosor wieħed jista’ jgħid hekk: “il-post fejn Alla qed isaltan”, fejn “Alla qed imexxi”, fejn l-affarijiet mexjin skont ix-xewqa t’Alla.
Iżda hawn faċli nitfixklu.
Għandna esperjenzi ta’ tmexxija fejn l-effetti mhuma sbieħ xejn!
Tmexxija li tibdel il-post fejn ngħixu f’post ma tistax tgħix fih, bla umanità, fejn tħossok helpless!
U s-Salta t’Alla?
Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil teżor moħbi f’għalqa, li wieħed raġel isibu
Alla li jista’ kollox … “il-king”? … bħal teżor moħbi
Hmm!!
Moħbi, jinħeba.
Għandna esperjenzi ta’ persuni f’posizzjoni ta’ awtorità, ta’ poter,
Li jużaw il-posizzjoni u riżorsi kbar biex jagħmlu propaganda
Biex iġiegħluk taħsibha kif iriduk huma, biex ma jħallukx taħseb, tfittex il-verità
Kampanji anke ta’ manipulazzjoni tal-aħbarijiet
Użu tal-mezzi soċjali biex joħolqu fake news ħalli jipproteġu l-poter tagħhom, jeqirdu l-vuċijiet li jikkontribwixxu għall-verità u l-ġustizzja, jew jgħattu dak li hu ħażin.
Alla mhux hekk!
Bħal teżor moħbi.
Għalkemm għandu l-aħjar offerta (l-unika waħda vera fil-fatt),
Jinħeba.
Għax fejn isaltan Alla, il-bniedem jakkwista l-liberta (mhux jitlifha);
Il-glorja t’Alla, huwa l-bniedem ħaj. (San Irinew)
Is-Saltna t’Alla sseħħ fejn il-bniedem jieħu azzjoni mhux għax imġiegħel imma għax skopra t-teżor.
Kien hemm mumenti fejn skoprejt t-teżor t’Alla, ta’ fejn qed imexxi Alla? Eżempji
- Iltqajt ma’ frażi li ispiratek, rajt kemm tagħmel sens, ġabet ferħ u paċi f’qalbek li baqa’ miegħek;
- L-omm jew il-missier li fil-laqgħa tal-parent craft ftit qabel it-twelid tat-tarbija baqgħu affaxxinati kif kollox marbut flimkien u x’misteru hemm wara t-twelid ta’ tarbija;
- F’nofs it-taqlib mudlam tas-soċjetà, tiltaqa’ ma’ persuna ta’ integrità u qawwa interjuri: minkejja li fraġli, minkejja li tagħraf il-gravità tas-sitwazzjoni, tibqa’ determinata taħdem fil-kwiet biex ittejjeb. U tispira ruħek
Ieqaf ftit u irringrazzja lil Alla, teżor moħbi, li qed iqanqal fik xewqa għat-tajjeb, għas-sabiħ, għal dak li hu veru.
Bħal teżor … bħal neguzjant ifittex ġawhar fin
Alla t-teżor … Alla wieħed hemm … iżda bħal ġawra b’tant rikkezza, varjeta, rifless ta’ kuluri.
Għandna esperjenzi ta’ persuni li jużaw is-saħħa u l-poter biex jagħmlu lil kulħadd bħalhom,
Biex jeqirdu l-uniċità tal-persuni: min mhux bħalna, jispiċċa jkollu jiskot, jitwarrab, bla valur.
Kulħadd ikollu jaħseb l-istess. Kulur wieħed.
Imma Alla żera’ tfittxija f’kull persuna, xewqa, passjoni.
U minn dik il-passjoni, interess, imħabba, jiskopri lil Alla.
Marie Noël, poetessa Franċiża, skopriet lil Alla mill-passjoni li kellha għal-letteratura. U iddedikat ħajjitha biex tagħti kontribut bil-kitbiet tagħha li ispiraw tant nies.
- X’inhi l-passjoni tiegħek? X’tixtieq?
- Kif tlaqqgħek m’Alla? Liema naħa tal-ġawhra li hu Alla skoprejt?
Celui qui n’a besoin de rien, tout lui manque. Misère de l’homme qui se suffit, de l’esprit comblé de lui-même. Toute la valeur de l’homme est dans sa recherche, son appel, son désir.
He who needs nothing, misses everything. Misery of the self-sufficient man, of the mind filled with itself. All the value of man is in his search, his call, his desire. Marie Noël
Mar biegħ kulma kellu biex xtara lilha (ġawhra), xtara l-għalqa
Hemm tmexxija tad-dinja tal-konsum.
It-tmexxija tal-konsum tistimolak b’elf għażla,
Tirriduċi l-libertà għal “tagħżel li trid” … basta tibqa’ tobdi l-kmandament il-kbir “ibqa’ ixtri” (I buy therefore I am).
Nixtri u nibqa’ imxerred, maqbud li rrid inlaħħa1 ma’ elf stimolu, elf opportunità, immexxi mill-biża’:
FOMO: Fear of missing out.
Alla mhux hekk.
Meta tiskopri lilu “tbiegħ kollox biex tixtri lilha”: qalbek issib d-direzzjoni waħdanija.
Il-qalb ma tibqax skjava tal-elf riklam, ta’ min jgħajjat l-aktar.
Il-qalb ikollha l-libertà li tagħżel dak li hu l-aħjar skont is-sejħa tagħha u tbiegħ, tħalli dak li jtellifha.
Il-qalb ikollha focus.
“Je fais le plus de choses que je peux par amour pour me reposer d’en faire tant par nécessité.”
“I do as much as I can out of love to rest from doing so much out of necessity.” Marie Noël
U hemm it-tmexxija tad-dittatur.
Iwiegħdek li jneħħilek il-biża mill-inċertezza tal-ħajja, tal-varjetà li hawn, tad-diversità fil-popolazzjoni, Billi jisraqlek il-libertà. Jiddeċiedi għalik.
Alla mhux hekk.
Is-Saltna t’Alla bħal teżor moħbi f’għalqa … mar biegħ kollox u xtara lilha.
Il-bniedem magħmul mit-trab tal-art.
Inti l-għalqa u fik Alla poġġa t-teżor.
Alla jsaltan fejn kull bniedem jerġa jikseb d-dinjità tiegħu:
maħluq xbieha t’Alla
Bil-libertà u l-kapaċità li jħobb.
La curiosité, cette espérance de l’esprit.
Pas trop de maîtrise de soi. Il faut laisser à l’âme la grâce de ses mouvements. Je préfère quelques légers défauts à l’orthopédie de la perfection. Je le préfère pour le cœur et pour le style. Marie Noël
Curiosity, this interior hope.
Not too much self-control. We must leave some space for our soul to move. I prefer a few slight flaws to the orthopedics of perfection. I prefer it both for the core and for the style. Marie Noël
- Min huma l-persuni li tammira għal-libertà interjuri tagħhom?
- Kif jispirawk tikber fil-libertà?
Nitolbu l-Missierna flimkien
Glorja lill-Missier u lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu,
Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, għal dejjem ta’ dejjem.
Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu
Ammen
Ħajr lil Fr Jimmy Bonnici għar-riflessjoni.