Ħajja mhux numri!
Niċċelebraw l-Evanġelju tal-21 Ħadd ta’ Matul is-Sena Ċ Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju. L-Evanġelju Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla Qari mill-Evanġelju skont San Luqa F’dak iż-żmien, huwa u sejjer lejn Ġerusalemm, Ġesù għadda jgħallem f’xi bliet u rħula. U kien hemm wieħed qallu: “Mulej, jaqaw ftit huma dawk li jsalvaw?”. U huwa weġibhom: “Tħabtu biex tidħlu mill-bieb id-dejjaq, għax kif ngħidilkom jien, ħafna għad ifittxu li jidħlu u ma jirnexxilhomx. Għax meta sid id-dar…