News & Events

X’qed tistenna?

X’qed tistenna?

“Is-Saltna tas-Smewwiet ixebbhuha ma’ għaxar xebbiet li ħarġu bl-imsiebaħ tagħhom biex jilqgħu l-għarus. Ħamsa minnhom kienu boloh u ħamsa għaqlin, il-boloh ħadu l-imsiebaħ imma ma ħadux żejt magħhom, waqt li l-għaqlin ħadu mhux biss l-imsiebaħ iżda wkoll iż-żejt fil-kwies. L-għarus iddawwar ma ġie, u għalhekk ilkoll ħadhom in-ngħas u raqdu.

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

1 ta’ Novembru 2020 Is-Seminarista Gylan CamilleriIl-Ħadd 1 ta’ Novembru 2020, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fid-9:30am, Mons. Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta ser jilqa’ tliet seminaristi bħala kandidati għas-saċerdozju, fosthom lis-Seminarista Gylan Camilleri mill-Parroċċa tagħna. Nawgurawlu u nitolbu għalih. Aqra aktar hawn: https://knisja.mt/tliet-kandidati-godda-ghas-sacerdozju-2/ Tifkira tal-Mejtin KollhaIt-Tnejn 2 ta’ Novembru 2020 hija t-tifkira tal-għeżież tagħna mejtin. Il-Quddies ikun kull nofs siegħa mis-6:30am sat-8:30am. Filgħaxija jkollna tas-6:00pm, wara adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija u fis-7:30pm quddiesa għall-mejtin kollha li mietu matul…

Read More Read More

Twieqi fuq l-Eternità. Niċċelebraw il-qaddisin kollha.

Twieqi fuq l-Eternità. Niċċelebraw il-qaddisin kollha.

F’din ir-riflessjoni fuq il-beatitudnijiet qed nuża dawn ir-ritratti tal-artist Petr Vaclavek mis-serje tiegħu Dubanci (Acorn elves). Preparazzjoni: Ipprepara ħin u post għat-talb: xemgħa, Bibbja, stampa jew memorja ta’ qaddis Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu Infittxu dak li hu sabiħ, tajjeb, qaddis: Tal-Mulej hi l-art u kulma fiha,id-dinja u kulma jgħix fiha.Għax hu fuq l-ibħra waqqafha,u fuq ix-xmajjar wettaqha. Min jista’ jitla’ fuq l-għolja tal-Mulej,min joqgħod fil-post imqaddes tiegħu?Min għandu jdejh indaf u qalbu safja,min ma tax ruħu għall-frugħa. (Salm 23)  1. Niftħu qalbna għall-Kelma…

Read More Read More