Browsed by
Category: Family Liturgy

L-Għid il-Kbir – Tibżgħux … il-Paċi magħkom

L-Għid il-Kbir – Tibżgħux … il-Paċi magħkom

Preparazzjoni: Post: Ipprepara l-post għat-talb: Xemgħa, Fjura. Mużika: Isma’ l-Hallelujah preferita tagħkom. Il-kelma Lhudija Hallelu-jah tfisser “tkun imfaħħar, Mulej.” Handel’s Messiah: “Broken Hallelujah”:   Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen. Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, li waħdu jagħmel ħwejjeġ ta’ l-għaġeb. Imbierek għal dejjem ismu msebbaħ; timtela l-art kollha b’sebħu! (Salm 72, 18-19) 1. Nisimgħu il-Kelma: mill-Vanġelu skont San Mattew (28, 1-10) Meta għadda s-Sibt, maż-żerniq tal-ewwel jum tal-ġimgħa, Marija ta’ Magdala u Marija l-oħra marru jaraw il-qabar….

Read More Read More

Ħamis ix-Xirka – Mument ta’ Talb fid-dar

Ħamis ix-Xirka – Mument ta’ Talb fid-dar

Agħfas hawn biex issegwi LIVE: Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen. Innu tal-Bidu Agħti, lsien, l-ogħla foħrija, għax jifdina b’ġismu ried u għalina jxerred demmu dak li jsaltan fis-smewwiet: demm imnissel ġewwa l-maqdes ta’ ġuf l-omm ta’ l-ommijiet. Lilna mogħti, lilna mwieled minn omm xebba bla mittiefsa; hu bħal bniedem għoġbu jgħammar, jiżra s-sewwa fina ried; sakemm, fl-aħħar, ħajtu fostna temm fost l-ogħla għeġubijiet. Tul il-lejl ta’ l-aħħar ċena qagħad flimkien mal-magħżulin; magħhom kiel biex radd l-għemejjel skond…

Read More Read More

Riekeb fuq ħmar

Riekeb fuq ħmar

Ħadd il-Palm Mument ta’ talb fil-familja bl-Evanġelju tal-Ħadd. Preparazzjoni:  Ilbes xi ħaġa għal qalbek; ipprepara l-post għat-talb: xemgħa, pjanta, salib. Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu Niftakru fil-kliem ta’ Ġesù: “Fejn tnejn jew tlieta huma miġbura f’ismi hemm jien f’nofshom.” (Mattew 18,20). Ġesù qiegħed f’nofsna. 1. Nisimgħu il-Kelma: mill-Vanġelu skont San Mattew Xħin waslu qrib Ġerusalemm u ġew quddiem Betfaġe lejn l-Għolja taż-Żebbuġ, Ġesù bagħat żewġ dixxipli u qalilhom: “Aslu sar-raħal biswitkom; u minnufih issibu ħmara marbuta u felu…

Read More Read More