Kummissjonijiet
Kummissjoni Tfal
Nhar il-Ħadd, 15 ta’ April 2012 fil-Quddiesa tad-9.15.am. fil-Parroċċa twaqqfet il-Kummissjoni Parrokkjali tat-Tfal. Din il-Kummissjoni tagħti spazju lit-tfal biex jiddiskutu, jippjanaw u jwettqu programm ta’ ħidma u attivita’ imtella minnhom stess. Dan isir biex it-tfal jintegraw aktar fil-ħidma pastorali tal-Parroċċa.
Kummissjoni Liturgija
Din il-kummissjoni kontinwament tara kif fil-quddies u celebrazzjonijiet liturgici ohra, l-komunità tiltaqa’ mal-Mulej li qam mill-imwiet, u li jistedinha ghall-mejda tieghu.
Isiru wkoll laqghat ta’ formazzjoni ta’ dawk li jaghtu sehem fil-liturgija, fosthom il-letturi u l-animaturi. Din trid tiehu hsieb li zzomm ruhha aggornata man-normi l-godda tas-segretarjat ghal-Liturgija.
MINISTRI STRAORDINARJI TAT-TQARBIN (MST)
Kummissjoni Fuljett
Din il-kummissjoni tiehu hsieb tqassam il-fuljett ‘Flimkien’ fid-djar kollha tal-parrocca. Dan il-fuljett huwa ppubblikat kull xahar mill-Kullegg tal-Kappillani li jitqassam fil-parrocci kollha u fin-nofs jinkludi erba’ pagni informazzjoni dwar il-parrocca u l-attivitajiet taghha. Dawn il-pagni jigu ppreparati mill-istess kummisjoni.
Kummissjoni Parrokkjali Familja
Din il-kummissjoni hi maghmula minn koppji mizzewwga li jxandru l-ahbar it-tajba li z-zwieg nisrani hu possibli; li l-hajja mizzewwga hi avventura sabiha. Huma jinfethu wkoll ghall-bzonnijiet ta’ koppji u familji ohrajn biex iservu ta’ dawl ghalihom l-aktar permezz ta’ diversi hidmiet fosthom.
Fost l-attivitajiet li jorganizzaw insibu l-Kors ta’ Kana, Quddies u Adorazzjoni ghall-Familja, Ezercizzji tar-Randan ghall-mizzewgin, flimkien ma’ laqghat ohra li jolqtu lill-familja u ohrajn informali mal-familja fi zmien it-tberik tad-djar.
Kummissjoni Fundraising
Il-Kummissjoni Fundraising hi responsabbli mill-attivitajiet ta’ gbir ta’ fondi ghall-htigijiet tal-parrocca.
Kummissjoni Parrokkjali Djakonija
Il-Kummissjoni Djakonija tidentifika l-prijoritajiet socjali tal-hidma fil-parrocca u tahdem fuqhom. Hekk, tghin lill-komunita parrokkjali biex il-laqgha taghha mal-gisem ta’ Kristu fuq l-altar tkompli fil-qadi ta’ Kristu fil-gisem ta’ dawk kollha li jehtiegu l-ghajnuna tieghu.
- PJAN PASTORALI (2012 -2014) u RAPPORT (2011)
- Pakkett ta’ Informazzjoni – Kummissjoni Djakonija (14 ta April 2011)
Kummissjoni Implimentazzjoni tas-Sinodu
Din il-kummissjoni tara li s-Sinodu Djocesan jigi mwettaq fil-parrocca ta’ Wied il-Ghajn biex hekk l-istil tal-hajja tal-Knisja li hi f’din il-parrocca jkun dejjem aktar ‘Sinodali’.
Kummissjoni Ambjent
Din il-kummissjoni, fost l-ohrajn, tkattar l-gharfien, is-sensibbiltà u l-edukazzjoni dwar l-ambjent, specjalment fid-dawl tal-Kelma ta’ Alla u tat-taghlim socjali tal-Knisja fost l-insara fil-parrocca.
Ghalhekk din il-Kummissjoni tara li:
- Tohloq interess dwar l-ambjent specjalment dak tal-parrocca u ta’ l-inhawi tal-madwar;
- Tinforma u tifforma dwar dan issue fuq l-ambjent;
- Turi kif il-kommunita’ nisranija ghandha r-responsabbilta’ li tiehu inizzjattivi sabiex tipprotegi l-ambjent.
Jekk int ghandek ghal qalbek it-tishih ta’ l-Ambjent Nisrani fir-rahal taghna u tixtieq tghin f’din il-Kummissjoni inhegguk taghmel kuntatt mal-Kappillan jew mas-Sur Rio Sammut (tel: 27636110, email: riosammut@hotmail.com)