Baby in the Womb

Baby in the Womb

Parroċċa Sant’ Anna – Wied il-Għajn

Sant Anna idħol għall-Ommijiet u t-Trabi fil-ġuf

————————————————

Għażiża Sant’ Anna, magħżula minn Alla biex ġibt

fid-dinja lill-Omm l-Iben Tiegħu, kun magħna, biex

nagħtuh ħajr għall-grazzja kbira li tana, bħala ġenituri,

li nkunu Miegħu fil-tnissil tat-tarbija li għoġbu jagħtina.

Kemm huma kbar l-għemejjel Tiegħu.

Idħol għalina, nitolbuk, ħa jbierek in-nisel tagħna.

Ħa jbierek il-ħajja umana li għoġbu jsawwar magħna.

Ħa jżejjinha bid-doni ta’ l-Ispirtu Tiegħu,

iseddaqha, u jkabbarha fil-ġuf.

Ħa jieqaf magħha fi ħtiġijietha kollha,

jħarisha minn kull ħsara u tiġrib,

u jwassalha, bil-grazzja kbira tiegħu, sat-twelid.

Sant’Anna ħares lill-ommijiet u t-trabi fil-ġuf.

————————————

Il-Quddiesa u Barka fuq l-Ommijiet u t-Trabi fil-ġuf issir fil-Knisja Parrokkjali,

Wied il-Għajn, kull l-aħħar Ħadd ta’ Marzu, Ġunju, Settembru, u Diċembru,

kull sena, fl-10.15am. Jingħata ċertifikat bil-kulur lil Omm u fuqu jinkiteb

isem it-tarbija. Kappillan – Tel: 2163 3703

——————————————

Nagħtuk ħajr Missier għall-grazzja kbira li tajtna

li nkunu Miegħek fil-tnissil tat-tarbija li għoġbok tagħtina

Kemm hu kbir Ismek.

Kemm huma kbar l-egħmejjel Tiegħek.

Bierek, nitolbuk, dan in-nisel tagħna.

Bierek il-ħajja umana li għoġbok issawwar magħna.

Żejjinha bid-doni ta’ l-Ispirtu Tiegħek.

Seddaqha u kabbarha fil-ġuf.

Ieqaf magħha fi ħtiġijietha kollha.

Ħarisha minn kull ħsara u tiġrib

u wassalha, bil-grazzja kbira tiegħek, sat-twelid.

—————————————–