Riekeb fuq ħmar
Ħadd il-Palm Mument ta’ talb fil-familja bl-Evanġelju tal-Ħadd. Preparazzjoni: Ilbes xi ħaġa għal qalbek; ipprepara l-post għat-talb: xemgħa, pjanta, salib. Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu Niftakru fil-kliem ta’ Ġesù: “Fejn tnejn jew tlieta huma miġbura f’ismi hemm jien f’nofshom.” (Mattew 18,20). Ġesù qiegħed f’nofsna. 1. Nisimgħu il-Kelma: mill-Vanġelu skont San Mattew Xħin waslu qrib Ġerusalemm u ġew quddiem Betfaġe lejn l-Għolja taż-Żebbuġ, Ġesù bagħat żewġ dixxipli u qalilhom: “Aslu sar-raħal biswitkom; u minnufih issibu ħmara marbuta u felu…