WELCOME – MERĦBA

WELCOME – MERĦBA


Priests are available for confessions 30min before every Mass.


Ħsieb fuq l-Evanġelju tal-Ħadd

  • Ħabbat il-bieb!
    Lazzru, il-ħażin irċevieh f’ħajtu, issa hu qiegħed jitfarraġ. F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-fariżej: “Mela kien hemm raġel għani, jilbes il-porpra u għażel mill-ifjen; l-hena tiegħu kien li kuljum jagħmel ikla mill-aħjar. U wieħed fqir jismu Lazzru, li kellu ġismu ġerħa waħda, kien imur jinxteħet ħdejn il-bieb ta’ daru, bix-xewqa li jixba’ b’dak li jaqa’ mill-mejda tal-għani. Sal-klieb kienu jmorru jilagħqu l-ġrieħi tiegħu. Ġara li l-fqir miet, u l-anġli ħaduh fi ħdan Abraham. Imbagħad miet ukoll l-għani, u difnuh. Dan, kif sab ruħu fi tbatijiet ħorox f’Art l-Imwiet, rafa’ ħarstu, u mill-bogħod lemaħ lil Abraham, b’Lazzru fi ħdanu. U għolla leħnu u qallu: “Missier Abraham, ikollok ħniena minni u ibgħat lil Lazzru jbill tarf sebgħu fl-ilma ħa jtaffili n-nixfa li għandi fi lsieni, għax qiegħed ninħaqar wisq f’dan in-nar”. Iżda Abraham qallu: “Ibni, ftakar li t-tajjeb tiegħek irċevejtu f’ħajtek; hekk ukoll Lazzru, il-ħażin irċevieh f’ħajtu. Imma issa hu hawnhekk qiegħed jitfarraġ, waqt li inti qiegħed tbati. Barra minn dan, hemm vojt bla qjies bejnkom u bejnna, biex min ikun irid jaqsam minn hawn għal għandkom ma jkunx jista’, u anqas ma jgħaddu minn hemm għal għandna”. Qallu l-għani: “Mela nitolbok, missier, ibagħtu f’dar missieri, għax għandi ħames aħwa, ħalli jagħmlilhom twissija kif imiss, li ma jmorrux huma wkoll jiġu f’dan il-post ta’ tbatijiet ħorox!”. Qallu Abraham: “Għandhom lil Mosè u l-Profeti; jisimgħu lilhom”. Qallu dak: “Le, missier Abraham, imma jekk imur għandhom xi ħadd mill-imwiet, jindmu”. Iżda wieġbu Abraham: “Jekk ma jisimgħux lil Mosè u l-Profeti, anqas jekk iqum xi ħadd mill-imwiet ma jemmnu”. Lq 16, 19-31

The Parish of Marsaskala welcomes you to its website. We hope that you will find the information contained in this site useful, and that you will enjoy getting to know about the history of our parish and its various activities.

Merħba fil-website marsaskalaparish, hawnhekk għandek issib ħafna nformazzjoni dwar il-parroċċa ta’ Wied il-Għajn. Parroċċa żagħżugħa u għaldaqstant mogħnija b’enerġija sfiqa ta’ parruċċani ħabrieka biex fiha itwettqu ħafna attivitajjiet għal ġid spiritwali u materjali tal-kommunita. Żur id-diversi sezzjonijiet li hawn u nistednuk li terġa tiġi iktar ta spiss għal aktar aġġornament.