The Parish of Marsaskala welcomes you to its website. We hope that you will find the information contained in this site useful, and that you will enjoy getting to know about the history of our parish and its various activities.
Merħba fil-website marsaskalaparish, hawnhekk għandek issib ħafna nformazzjoni dwar il-parroċċa ta’ Wied il-Għajn. Parroċċa żagħżugħa u għaldaqstant mogħnija b’enerġija sfiqa ta’ parruċċani ħabrieka biex fiha itwettqu ħafna attivitajjiet għal ġid spiritwali u materjali tal-kommunita. Żur id-diversi sezzjonijiet li hawn u nistednuk li terġa tiġi iktar ta spiss għal aktar aġġornamenti.
Fr. Roderick Camilleri Parish Priest
ID-DJARJU TAL-PARROĊĊA
10 – 16 ta’ MEJJU 2020
Il-5 Ħadd tal-Għid – 10 ta’ Mejju 2020
”Tħallux qalbkom titħawwad.”
Min jgħix f’dar żgħira u bħalissa magħluq ġewwa, japprezza aktar minn qabel il-ftuħ, il-bżonn li “tibdel ftit l-ambjent”, li toħroġ u tieħu “naqa’ nifs”. Fil-ħajja jiġu żminijiet aktar diffiċli minn oħrajn. Tħossok taqta’ nifsek! “Kemm se ndumu hekk?”Ġesù, f’mument fejn kien qed jaffaċċja kriżi kbira li kellu jgħix waħdu, jgħid dan il-kliem:“Tħallux qalbkom titħawwad!”
“Fid-dar ta’ Missieri hemm ħafna postijiet.”Kompli aqra din ir-riflessjoni hawn
Festa Dun Ġorġ Preca – Ċelebrazzjoni ta’ Talb – 7PM
Is-Sibt 9 ta’ Mejju7:00pm – Ċelebrazzjoni ta’ Talb mill-Kappella tal-Modonna tal-Midalja Mirakoluża, Blata l-Bajda. Iċ-ċelebrazzjoni ser tixxandar live fuq YouTube channel Ejjew u Taraw u fuq il-Facebook Page Society of Christian Doctrine
Riżorsi għat-tfal
Kummissjoni Djocesana TfalIl-Festa t-Tajba! 😀 Illum ġurnata speċjali għax hi l-festa ta’ San Ġorġ Preca – qaddis Malti li kellu ħafna f’qalbu it-tfal.SDC Museum Fgura ħarġu din il-logħba sabiħa propju fuq dan il-qaddis, biex insiru nafuh aħjar u fl-istess ħin nieħdu pjaċir nilgħabu. Jekk tixtiequ li tirċievu din il-logħba kemm tibgħatulna l-imejl tagħkom f’kumment hawn, messaġġ fuq messenger jew imejl fuq: info.kdt@maltadiocese.org u aħna nibgħatulkom l-istruzzjonijiet, il-‘cards’ u din il-‘board-game’ b’imejl. Kemm taqraw l-istruzzjonijiet sempliċi, tipprintjaw il-kumplament, u tieħdu gost tilgħabu u titgħallmu fuq dan il-qaddis speċjali!Il-Paċi Magħkom!Sr Anna (delegata tal-Arċisqof għat-tfal)
Mis-Santwarju tal-Mellieħa f’Jum l-Omm
Fuq xewqa tal‑Arċisqof, il‑Quddies ta’ nhar il‑Ħadd li ġej, Jum l‑Omm, se jixxandar minn santwarju Marjan. Għalhekk, il‑Quddiesa bil‑Malti fid‑9:30 a.m. u l‑Quddiesa bl‑Ingliż li tixxandar fis‑6:30 p.m. se jsiru fis‑santwarju nazzjonali tal‑Madonna tal‑Mellieħa. Hemmhekk, l‑Arċisqof ser jitlob għall‑ommijiet kollha, b’mod speċjali dawk li għaddejjin minn żmien diffiċli, u wkoll għal dawk li jixtiequ jsiru ommijiet. Kulħadd huwa mistieden jingħaqad mal‑Arċisqof għal dawn il‑mumenti ta’ talb, li fiċ‑ċirkustanzi preżenti, qed jixxandru fuq TVM2, Newsbook.com.mt, u Knisja.mt.
Tħallux qalbkom titħawwad – 5 Ħadd tal-Għid
Riflessjoni fuq l-Evanġelju tal-5 Ħadd tal-Għid minn Fr Bernard Falzon MSSP.