AVVIŻI – 8 ta’ Novembru 2020

AVVIŻI – 8 ta’ Novembru 2020

Qari mill-Evanġelju skont San Mattew
 
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu din il-parabbola: “Is-Saltna tas-Smewwiet ixebbhuha ma’ għaxar xebbiet li ħarġu bl-imsiebaħ tagħhom biex jilqgħu l-għarus. Ħamsa minnhom kienu boloh u ħamsa għaqlin, il-boloh ħadu l-imsiebaħ imma ma ħadux żejt magħhom, waqt li l-għaqlin ħadu mhux biss l-imsiebaħ iżda wkoll iż-żejt fil-kwies. L-għarus iddawwar ma ġie, u għalhekk ilkoll ħadhom in-ngħas u raqdu.

Imbagħad f’nofs ta’ lejl instama’ min jgħajjat: “Ara l-għarus! Oħorġu ilqgħuh!”. Dawk ix-xebbiet qamu lkoll u ħejjew l-imsiebaħ tagħhom. Iżda l-boloh qalu lill-għaqlin: “Agħtuna ftit żejt minn tagħkom, għax l-imsiebaħ tagħna jintfew”. Qabżu l-għaqlin u qalu: “Għandu mnejn ma jibqax biżżejjed, la għalina u lanqas għalikom! L-aħjar morru għand tal-ħanut u ixtru għalikom”.

Xħin dawk marru biex jixtru jiġi l-għarus; dawk li kienu lesti daħlu miegħu għall-festa tat-tieġ, u l-bieb ingħalaq. Saflaħħar waslu wkoll ix-xebbiet l-oħra, u bdew jgħidu: “Sinjur, Sinjur, iftħilna!”. Iżda hu weġibhom u qal: “Tassew, ngħidilkom, lilkom ma nafkomx”.
Ishru, mela, għaliex la tafu l-jum u lanqas is-siegħa”. Mt25:1-13
 
Huwa ż-żejt li għamel lil dawn ix-xebbiet għaqlin. Nistgħu ngħidu li ż-żejt f’din il-parabbola huwa xbieha tal-imħabba u l-ħerqa li jrid ikollna lejn il-persuna ta’ Ġesù li f’din il-parabbola jxebbah lilu nnifsu ma’ għarus lest għall-festa tat-tieġ. Il-għaxar xebbiet kienu mistiedna għal għal din il-festa, imma mhux ilkoll daħlu. Daħlu biss dawk li stennewh biż-żejt fil-kus, jiġifieri bil-ħerqa u bl-imħabba. Lill-oħrajn saħansitra qalilhom: “Lilkom ma nafkomx.” Iebes da nil-kliem u llum nitolbu biex qatt ma jindirizzah lejna il-Mulej tagħna li lilu nixtiequ tant inħobbu. 

Talba – Għinni Mulej, biex iż-żejt tal-ħerqa lejk ma jonqos qatt mill-ħajja tiegħi.


il-Mulej iberikna
fr Roderick


Aqra l-Avviżi ta’ din il-ġimgħa aktar l-isfel…. 
 

Liturġija tad-Dar fil-Familja

Agħfas hawn għal liturġija fid-dar ta’ dan il-Ħadd:
X’qed tistenna? – It-32 Ħadd Matul is-Sena A

Il-Festa ta’ San Martin 2020

Website għat-tfal

Website għat-tfal u l-familja kollha. Hawn tista’ ssib ħafna affarijiet bħal talb, logħob, u ħafna iktar biex titgħallem dwar Ġesù u kif inħobbu iktar lil xulxin.

——BeKids.mt is a collaboration between the Secretariat for Catechesis, Secretariat for Catholic Education, Spiritual Development in Schools Unit and Diocesan Commission for Children.This new bekids.mt aims to offer an even more comprehensive catechetical formation for children preparing to receive the sacraments. 

FLIMKIEN Novembru 2020

Ngħarrfukom li ħareġ il-Flimkien ta’ Novembru. Għalkemm f’dawn ix-xhur mhux qed jitqassam fid-djar, biex jitnaqqas il-kuntatt fiżiku minħabba l-pandemija, il-magazin tistgħu taqrawh online fuq newsbook.com.mtlaikos.org jew fuq il-website tad-djoċesi (maltadiocese.com). 

Aqra hawn: https://knisja.mt/…/2020/10/Flimkien-Novembru-2020.pdf

Dan ix-xahar naqraw dwar l-enċiklika ġdida tal-Papa Franġisku “Fratelli Tutti” u dwar maġistrat żagħżugħ li nqatel mill-Mafja. Insibu artikli oħra: dwar l-ansjetà fit-tfal; x’tista’ tagħmel id-dar meta ma toħroġx; it-tabib jikteb dwar il-frozen shoulder; kif ukoll dwar Fr Damien li ta ħajtu għall-morda bil-lebbra. 

Avviżi

Festa ta’ San Martin
Il-Ħadd 8 ta’ Novembru 2020 fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Martin qed nistiednu lit-tfal u l-familjari tagħhom għall-quddiesa tad-9:15am li fiha se ntellgħu xi boroż ta’ San Martin.
 
Skejjel Primarji Wied il-Għajn
Il-Kapijiet tal-Iskejjel Primarji ta’ Wied il-Għajn jixtiequ jfakkru lill-ġenituri li għandhom tfal li ser jagħlqu 3 snin sal-aħħar t’April 2021 sabiex imorru l-iskola ħalli jirreġistrawhom.Man-noticeboard ta’ fejn il-bieb il-kbir tal-Knisja Parrokkjali sibu l-informazzjoni sħiħa.

Inħarsu s-saħħa tagħna u tal-oħrajn

Il Knisja f’Malta tfakkar fl importanza li jiġu osservati l miżuri ta’ prevenzjoni ta’ tixrid tal imxija tal COVID 19. Filwaqt li jibqgħu japplikaw il miżuri tad distanza soċjali, kull min jattendi għall Quddies għandu r responsabbiltà li jilbes maskra jew visor.
 
Grazzi tal-koperazzjoni tagħkom.

Qari tal-Quddiesa

Il-Qari bil-Malti
Daily Readings in English
Comments are closed.