Social Club – Help Age Caritas M’Skala

Social Club – Help Age Caritas M’Skala

Fil-Lokalita’ ta’ Marsaskala , grazzi għall-għajnuna u inkoraġġiment mogħti mill-Kappillan, wieħed isib bosta gruppi  li jservu ta’ għajnuna soċjali, rikrejattiva u spiritwali għal membri tagħhom.

Grupp minn dawn huwa il-Klabb Soċjali fi ħdan il-Help Age Caritas. Il-Grupp jiltaqa’ kull nhar ta’ Tlieta fid-9 .30 ta’ fil-ghodu fejn wara li jingħad il-ħsieb spiritwali, jkun hemm kelliema speċjaliżżati mistiedna, li jitkellmu fuq suġġetti varji, b’temi soċjali, spiritwali, fuq is-saħħa u ta’ informazzjoni  holistika’, biex l-anzjani  kemm jista’ jkun jitgħallmu jgħixu b’mod indipendenti.  Dawn is-suġġetti jiġu magħżula mill-membri stess waqt brainstorming fl-ewwel laqgħa, dwar x’jixtiequ li jisimgħu.  Dawn it-taħditiet dejjem intlaqgħu tajjeb u mhux l-ewwel darba li l-kelliemi jiġi mitlub jerġa’ jiġi biex ikompli jiżvolġi s-suġġett.

L-Iskop  tal-Klabb Soċjali ,hu li jgħaqqad lill-anzjani, għax il-membri jkomplu jitkellmu u jiddiskutu is-suġġett waqt li jieħdu te’ jew kafe u xi ħaġa ta’ l-ikel

Ill-Grupp Help Age, jorganizza xi ħarġiet fejn il-membri u l-ħbieb tagħhom jkunu jistgħu jiltaqgħu u jqattgħu nofs ta’ nhar  flimkien.  Dawn il-ħarġiet isiru wkoll bi skop li min jattendi barra li jqatta’ nofs ta’ nhar fil-kumpanij ta’ l-oħrajn jingħata tagħrif kemm kulturali kif ukoll soċjali Dawn il-ħarġet  jintlaqgħu sew mill-membri għax irreajliżżaw li biex tieħu pjaċir m’hemmx ghalfejn tilgħab biss, it-tombla.  Anzi jkun  hemm  iktar ċans fejn wieħed ikun jista’ jitkellem ma’ ieħor f’ambjent  relassanti

Laqgħat speċjali jkunu ppjanati flimkien mal-Caritas -Malta ,Help Age.  B’hekk qed issir outreach  biex  anzjani oħra.

Il-membri kollha japprezzaw ir-rigal żgħir li jingħataw f’għeluq żmienhom u anke għall-Get together li jsir fi żmien il-Milied, l-Għid u f’Ġunju qabel ma jieqfu l-laqgħat għas-sajf.

Hija x-xewqa tal-Kumitat  li tinħoloq sistema ta’ trasport, biex min joqgħod il-bogħod ikun jista’ jattendi.  Diġa hemm membri li jieħdu ħsieb li jwasslu lill-oħrajn bil-karozza tagħhom.  .

Il-Grupp Help Age jħoss li l-anzjan għad fadallu x’joffri.  Meta xi membru jħoss li għandu xi talent speċjali li jista’ jaqsam ma’  ħaddieħor, jiġi mħeġġeġ biex jagħmel dan.

SOCIAL CLUB CARITAS : Programm Ottubru – Diċembru 2015

SOCIAL CLUB CARITAS MARSASKALA jan -mar 2014

 Programm : April – Ġunju

Programm Settembru. – Diċembru 2013

Min irid jibda jattendi jista’ jikkuntatja lill-Carmen Debono 27633334 – 77633334