Browsed by
Tag: thirst

Kull mistoqsija vjaġġ!

Kull mistoqsija vjaġġ!

F’dak iż-żmien, in-nies meta ntebħu li fuq id-dgħajsa la kien hemm Ġesù u lanqas id-dixxipli tiegħu, telgħu fuq id-dgħajjes u marru lejn Kafarnahum ifittxu lil Ġesù. U meta sabuh in-naħa l-oħra tal-baħar staqsewh: “Rabbi, meta ġejt hawn?”. Ġesù weġibhom: “Tassew tassew ngħidilkom, intom qegħdin tfittxuni mhux għax rajtu sinjali, imma għax kiltu mill-ħobż u xbajtu. Tħabtu mhux għall-ikel li jgħaddi, iżda għall-ikel li jibqa’ għall-ħajja ta’ dejjem, dak li Bin il-bniedem jagħtikom, għaliex lilu Alla l-Missier immarka bis-siġill tiegħu”. Imbagħad staqsewh: “X’għandna nagħmlu biex nagħmlu l-opri ta’ Alla?”. Weġibhom Ġesù: “L-opra ta’ Alla hija din: li intom temmnu f’dak li huwa bagħat”.
Qalulu: “X’sinjal se tagħmel biex aħna narawh u nemmnuk? X’sejjer tagħmel? Missirijietna kielu l-manna fid-deżert, bħalma hemm miktub: ‘Tahom jieklu ħobż mis-sema’”. Weġibhom Ġesù: “Tassew tassew ngħidilkom, mhux Mosè takom il-ħobż mis-sema, iżda Missieri jagħtikom il-ħobż tassew mis-sema; għaliex il-ħobż ta’ Alla huwa dak li jinżel mis-sema u jagħti l-ħajja lid-dinja”. Qalulu huma: “Sinjur, agħtina dejjem minn dan il-ħobż”. Weġibhom Ġesù: “Jiena hu l-ħobż tal-ħajja. Min jiġi għandi ma jieħdu qatt il-ġuħ, u min jemmen fija ma jkun qatt bil-għatx!”..

Xefaq l-etern fil-ħabba tal-għajn?

Xefaq l-etern fil-ħabba tal-għajn?

Mument ta’ talb: L-34 Ħadd Matul is-Sena A Is-Solennità ta’ Kristu Sultan tal-Ħolqien kollu. Niċċelebraw l-Evanġelju tal-Ħadd Preparazzjoni:Ipprepara ħin u post għat-talb: xemgħa, Bibbja, mument ta’ silenzju Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. Nafda fil-Mulej il-futur kollu tiegħi Miegħi, iva, jimxu t-tjieba u l-ħnienail-jiem kollha ta’ ħajti.U ngħammar f’dar il-Mulejsakemm indum ħaj! L-Evanġelju Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla Qari mill-Evanġelju skond San Mattew (Mt 25, 31-46) F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Meta jiġi Bin il-bniedem fil-glorja tiegħu u bl-anġli…

Read More Read More