Hieni Int

Hieni Int

Mument ta’ talb: Il-Wieħed u Għoxrin Ħadd Matul is-Sena A


Niċċelebraw il-Vanġelu tal-Ħadd: post speċjali

Preparazzjoni:
Ipprepara ħin u post għat-talb: xemgħa, Bibbja, mument ta’ silenzju


Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu.

F’qalbi hemm xewqa profonda għal Alla:

Bħalma għażżiela tixxennaq għan-nixxigħat tal-ilma,
hekk tixxennaq ruħi għalik, o Alla.
Ruħi għatxana għal Alla, għal Alla l-ħaj;
meta niġi u nara wiċċ Alla?
Id-dmugħ lejl u nhar kien l-ikel tiegħi,
meta l-jum kollu kienu jgħiduli: “Fejn hu Alla tiegħek?”

 (Salm 42)

This image has an empty alt attribute; its file name is meric-tuna-CE1OvMrZumQ-unsplash-2-1024x576.jpg

L-Evanġelju

Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla

Qari mill-Evanġelju skond San Mattew (Mt 16, 13-20)

F’dak iż-żmien, meta wasal fl-inħawi ta’ Ċesarija ta’ Filippu, Ġesù staqsa lid-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Min jgħidu n-nies li hu Bin il-bniedem?”. U huma weġbuh: “Xi wħud, Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, Ġeremija jew wieħed mill-profeti”.

“Imma intom min tgħidu li jien?”, staqsiehom. U qabeż Xmun Pietru u qallu: “Inti l-Messija, Bin Alla l-ħaj”. U Ġesù wieġbu u qallu: “Hieni int, Xmun bin Ġona, għax mhux bniedem tad-demm u l-laħam uriek dan, imma Missieri li hu fis-smewwiet. U jiena ngħidlek: Inti Pietru, u fuq din il-blata jiena nibni l-Knisja tiegħi, u s-setgħat tal-infern ma jegħlbuhiex. Jiena nagħtik l-imfietaħ tas-Saltna tas-Smewwiet, u kull ma torbot fuq l-art ikun marbut fis-smewwiet, u kull ma tħoll fuq l-art ikun maħlul fis-smewwiet”.

Imbagħad lid-dixxipli tiegħu wissiehom biex ma jitkellmu ma’ ħadd fuq li huwa l-Messija.


Riflessjoni u talba:

Hemm xi post speċjali għalik? Favorit? Li jimmarka mument importanti fil-mixja ta’ ħajtek?

Ċesarija ta’ Filippu kien wieħed mill-postijiet sinifikattivi fil-mixja ta’ Ġesu, tad-dixxipli tiegħu, u tal-futur tal-Knisja: … liema alla tqim jiddetermina x’tip ta’ persuna se tkun!

In his famous Kenyon College commencement address in 2005, the novelist David Foster Wallace told the graduates, “In the day-to-day trenches of adult life, there is actually no such thing as atheism. There is no such thing as not worshipping. Everybody worships. The only choice we get is what to worship.” He goes on to say that the reason you might want to worship a real God “is that pretty much anything else you worship will eat you alive.”
Worship money, and you’ll never have enough.
Worship your body, and you’ll always feel ugly.
Worship power, and you’ll always be afraid. And so on.
(cf. https://international.la-croix.com/news/religion/strange-gods/11585)

Nimxu ma’ Ġesù lejn Ċesarija ta’ Filippu u nħalluh isaqsina l-mistoqsija tal-maħbubin:
Intom min tgħidu li jien?

i. Fejn hu Alla tiegħek?

Id-dmugħ lejl u nhar kien l-ikel tiegħi,
meta l-jum kollu kienu jgħiduli:
“Fejn hu Alla tiegħek?”  …
Tintelaq ruħi ġo fija;
għalhekk fik niftakar
minn art il-Ġordan u mill-Ħermon
u mill-muntanja ta’ Misgħar.
Minn irdum għal irdum jidwu
l-ħsejjes qawwija tal-ilmijiet tiegħek;
il-ħalel u l-imwieġ kollha tiegħek
għaddew minn fuqi. Salm 42

Il-postijiet imsemmija f’salm 42 huma l-inħawi fejn Ġesù ħa lid-dixxipli tiegħu.
Post fejn is-salmista, aktarx fl-eżilju,
jisma’ l-mistoqsija: “Fejn hu Alla tiegħek?”

Ġesù u d-dixxipli wkoll għaddejjin minn mument kritiku.

Ġesù qed isib ħafna reżistenza. Id-dixxipli maqbudin fin-nofs.
F’dan il-post il-mistoqsija tidwi: Fejn hu Alla tiegħek?X’tip ta’ Alla tadura u jmexxik?

  • F’dan iż-żmien li għaddejjin minnu bħala soċjetà, liema hija l-mistoqsija tiegħek fuq livell ta’ fidi? Xi tfisser għalik il-mistoqsija “Fejn hu Alla tiegħek?”

ii. Ċesarija ta’ Filippu 1 – Post tal-abbundanza

Worship money, and you’ll never have enough.

Ċesarija ta’ Filippu kien post ta’ ħafna ilma,
Wieħed mill-għejun tax-xmara Ġordan.
Huwa l-post tal-abbundanza, fejn fil-passat kienu jqimu l-alla tal-fertilità.
Fejn l-ewwel sultan tas-Saltna ta’ fuq – Israel – wassal lil poplu fl-idolatrija: iqimu żewġ għoġiela tad-deheb. (Ara 1 Slaten 12, 26-28)

Ġesù jieħu d-dixxipli u lilna f’dan il-post,
fil-post fejn nesperjenza l-għajta biex ikollna dejjem aktar;
minn teleshopping għal online shopping (matul iż-żmien tal-Covid, il-ġid ta’ Jeff Bezos – fundatur u CEO ta’ Amazon – żdied b’25 biljun dollaru), għal-lealtà lejn il-marka (brand) li tissostitwixxi l-lealtà lejn Alla.

F’dan il-post Pietru jagħżel il-lealtà tiegħu: “Inti l-Messija, Bin Alla l-ħaj”

  • Min huma l-persuni li jispirawk bi stil ta’ ħajja sempliċi u dinjituża; li kapaċi jagħmlu għażliet biex jgħixu b’inqas affarijiet iżda b’aktar ġenwinità.
  • Kif tifhem il-kliem li Ġesù qal lil Pietru “Ħieni int …”? X’qed tiskopri fil-fond ta’ qalbek?

iii. Ċesarija ta’ Filippu 2 – Post tal-poter

Worship power, and you’ll always be afraid.

Ċesarija ta’ Filippu kien il-post fejn Erodi l-Kbir,
dak li ħabba fih Marija u Ġużeppi kellhom jaħarbu lejn l-Eġittu fit-twelid ta’ Ġesù,
bena tempju tal-irħam abjad iddedikat lil Ċesari Awgustu
talli taħ kontroll fuq dik il-biċċa art.
Il-post tal-poter. L-adorazzjoni tal-poter.
U naraw l-effetti: Erodi l-Kbir joqtol it-tfal għax jibża li l-Messija ġej biex joħodlu l-poter.
Ibnu joqtol lil Ġwanni l-Battista għax jibża’ mill-verità.

Ġesù jieħu lid-dixxipli f’dan il-post tal-poter u jgħinhom iduqu il-libertà
mill-allat tal-poter li jwassluk biex titlef l-integrità tiegħek (u tgħix fil-biża’).
Ftit, ftit, Ġesù jwassallhom għall-kuraġġ interjuri.

F’dan il-post Pietru jgħidlu: “Inti l-Messija, Bin Alla l-ħaj”

  • Ġib fil-memorja eżempji ta’ nies ħielsa, li kapaċi jżommu l-integrità quddiem poter abbużiv. (Persuna, film, qaddis).
  • Kif tifhem il-kliem li Ġesù qal lil Pietru “Ħieni int …”? X’qed tiskopri fil-fond ta’ qalbek?


Nitolbu l-Missierna flimkien

Glorja lill-Missier u lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu,

Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, għal dejjem ta’ dejjem.

Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu

Ammen

Ħajr lil Fr Jimmy Bonnici għar-riflessjoni.

Comments are closed.