Post
Niċċelebraw l-Evanġelju tas-7 Ħadd tal-Għid Preparazzjoni:Ipprepara ħin u post għat-talb: xemgħa, Bibbja, silenzju. Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. Tela’ Alla b’għajjat ta’ ferħ. L-Evanġelju Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla Qari mill-Evanġelju skont San Luqa F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Hekk kien miktub, li l-Messija jbati u fit-tielet jum iqum mill-imwiet, u li l-indiema għall-maħfra tad-dnubiet tixxandar f’ismu lill-ġnus kollha, ibda minn Ġerusalemm. Intom xhud ta’ dan. U jiena, araw, nibgħat fuqkom lil dak li wiegħed Missieri. Imma intom…