Browsed by
Author: Marsaskala Parish

Biex ittir ma tistax isserraħ fuq saqajk!

Biex ittir ma tistax isserraħ fuq saqajk!

Niċċelebraw l-Evanġelju ta’ Pentecoste Preparazzjoni:Ipprepara ħin u post għat-talb: xemgħa, Bibbja, silenzju. Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. Nidħol fil-presenza ta’ Alla nitolbu l-qawwa tal-Ispirtu s-Santu: Spirtu s-Santu, ejja fina,raġġ ta’ dawl qaddis agħtina,xerrdu f’ruħna mis-smewwiet. L-Evanġelju Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla Qari mill-Evanġelju skond San Ġwann F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Meta jiġi d-Difensur, li se nibagħtilkom mingħand il-Missier, l-Ispirtu tal-verità, li ġej mill-Missier, huwa jixhed għalija. U intom ukoll tixhdu, għax intom kontu miegħi sa mill-bidu. Baqagħli ħafna…

Read More Read More

Destin jew destinazzjoni?

Destin jew destinazzjoni?

F’dak iż-żmien, Ġesù wera ruħu lill-Ħdax u qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat. U dawn huma s-sinjali li jsieħbu lil dawk li jemmnu: f’ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu jdejhom fuq il-morda u dawn ifiqu”.

U hekk il-Mulej Ġesù, wara li kellimhom, kien imtella’ fis-sema u qagħad in-naħa tal-lemin ta’ Alla. Huma mbagħad marru jipprietkaw kullimkien; il-Mulej kien jaħdem magħhom u jwettaq il-kelma bil-mirakli li kienu jsiru magħha.

X’taqbad tgħid!?

X’taqbad tgħid!?

Niċċelebraw l-Evanġelju tas-6 Ħadd tal-Għid Preparazzjoni:Ipprepara ħin u post għat-talb: xemgħa, Bibbja, silenzju. Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. Nidħol fil-preżenza ta’ Alla b’ferħ :  L-art kollha, minn tarf għall-ieħor,rat is-salvazzjoni ta’ Alla tagħna.Għajtu bil-ferħ lill-Mulej fl-art kollha,infexxu fil-hena, ifirħu u għannu! (Salm 97)   L-Evanġelju Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla Qari mill-Evanġelju skond San Ġwann F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Kif ħabbni Missieri, hekk ħabbejtkom jiena. Ibqgħu fl-imħabba tiegħi. Jekk tħarsu l-kmandamenti tiegħi, intom tibqgħu fi mħabbti, kif…

Read More Read More