Browsed by
Author: Marsaskala Parish

Sabiħ ix-xagħar imqanfed.

Sabiħ ix-xagħar imqanfed.

Niċċelebraw l-Evanġelju tar-4 Ħadd tal-Għid Preparazzjoni:Ipprepara ħin u post għat-talb: xemgħa, Bibbja, silenzju. Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. Nidħol fil-presenza ta’ Alla li hu tajjeb: Faħħru l-Mulej, għaliex hu tajjeb,għax għal dejjem it-tjieba tiegħu!Aħjar tistkenn fil-Mulejmilli tittama fil-bnedmin.Aħjar tistkenn fil-Mulejmilli tittama fil-kbarat.. (Salm 117) L-Evanġelju Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla Qari mill-Evanġelju skond San Ġwann F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “Jiena r-ragħaj it-tajjeb. Ir-ragħaj it-tajjeb jagħti ħajtu għan-nagħaġ tiegħu. Il-mikri, li mhuwiex ir-ragħaj, u li n-nagħaġ mhumiex tiegħu, jara l-lupu…

Read More Read More

Ħu r-riskju tal-ferħ!

Ħu r-riskju tal-ferħ!

F’dak iż-żmien, iż-żewġ dixxipli li reġgħu lura Ġerusalemm minn Għemmaws kienu qegħdin itarrfu lill-Ħdax u lil dawk li kienu magħhom xi ġralhom fit-triq, u kif kienu għarfu lil Ġesù fil-qsim tal-ħobż!

Kif kienu għadhom jitkellmu, Ġesù nnifsu waqaf f’nofshom u qalilhom: “Is-sliem għalikom!”. Huma twerwru bil-biża’ għax ħasbu li qegħdin jaraw xi fantażma. Iżda hu qalilhom: “Għaliex tħawwadtu? Għaliex dan it-tħassib kollu f’qalbkom? Araw idejja u riġlejja.