News & Events

Ejjew nagħmlu l-Girlanda!

Ejjew nagħmlu l-Girlanda!

Hello Tfal! Dan il-weekend ser nibdew żmien importanti u sabiħ, iż-żmien tal-Avvent. Biex nibdew nippreparaw u nkunu nafu aħjar x’inhu dan iż-żmien inħeġġukom li tagħmlu girlanda bħal dik li jkun hemm fil-knisja biex iġġibuha magħkom fil-quddiesa tad-9.15am nhar il-Ħadd filgħodu u nispjegaw aħjar xi tfisser. ❗ F’kull quddiesa kull nhar ta’ Ħadd ser ikollkom xi ħaġa interessanti li tgħinna nifhmu dan iż-żmien. Il-passi kif tagħmel din il-girlanda qegħdin hawn taħt. Din il-girlanda tistgħu imbagħad tpoġġuha f’post importanti fid-dar fejn tfakkarkom…

Read More Read More

AVVIŻI – 22 ta’ Novembru 2020

AVVIŻI – 22 ta’ Novembru 2020

Għoti ta’ DemmIl-Ħadd 22 ta’ Novembru 2020 bejn it-8:30am u s-1:00pm se jsir l-għoti tad-demm quddiem il-Knisja tas-Salib Imqaddes, Żona Sant’Andrija, Ħaż-Żabbar. Inħeġġiġkom sabiex immorru nagħtu d-demm u aħna mitlubin nieħdu magħna l-ID Card. Lectio Divina – riflessjoni fuq il-Vanġelu tal-Ħdud tal-AvventNhar ta’ Tnejn matul iż-żmien tal-Avvent, wara l-quddiesa tas-6.30pm ser nitolbu flimkien bil-Kelma ta’ Alla bi preparazzjoni għall-Ħdud tal-Avvent. Għalhekk, it-Tnejn 23 ta’ Novembru 2020 fis-6:30pm ikollna nofs siegħa mal-Kelma t’Alla u nispiċċaw fis-7:00pm. Inħeġġiġkom sabiex nattendu. Kummissjoni KateketikaIt-Tlieta 24 ta’…

Read More Read More

Xefaq l-etern fil-ħabba tal-għajn?

Xefaq l-etern fil-ħabba tal-għajn?

Mument ta’ talb: L-34 Ħadd Matul is-Sena A Is-Solennità ta’ Kristu Sultan tal-Ħolqien kollu. Niċċelebraw l-Evanġelju tal-Ħadd Preparazzjoni:Ipprepara ħin u post għat-talb: xemgħa, Bibbja, mument ta’ silenzju Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. Nafda fil-Mulej il-futur kollu tiegħi Miegħi, iva, jimxu t-tjieba u l-ħnienail-jiem kollha ta’ ħajti.U ngħammar f’dar il-Mulejsakemm indum ħaj! L-Evanġelju Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla Qari mill-Evanġelju skond San Mattew (Mt 25, 31-46) F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Meta jiġi Bin il-bniedem fil-glorja tiegħu u bl-anġli…

Read More Read More