
Xefaq l-etern fil-ħabba tal-għajn?
Mument ta’ talb: L-34 Ħadd Matul is-Sena A
Is-Solennità ta’ Kristu Sultan tal-Ħolqien kollu.

Niċċelebraw l-Evanġelju tal-Ħadd
Preparazzjoni:
Ipprepara ħin u post għat-talb: xemgħa, Bibbja, mument ta’ silenzju
Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu.
Nafda fil-Mulej il-futur kollu tiegħi
Miegħi, iva, jimxu t-tjieba u l-ħniena
il-jiem kollha ta’ ħajti.
U ngħammar f’dar il-Mulej
sakemm indum ħaj!

L-Evanġelju
Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla
Qari mill-Evanġelju skond San Mattew (Mt 25, 31-46)
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Meta jiġi Bin il-bniedem fil-glorja tiegħu u bl-anġli kollha miegħu, imbagħad joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu. U quddiemu jinġabru l-ġnus kollha, u hu jifridhom minn xulxin, bħalma r-ragħaj jifred in-nagħaġ mill-mogħoż: in-nagħaġ iqegħedhom fuq il-lemin tiegħu u l-mogħoż fuq ix-xellug.
Imbagħad is-Sultan jgħid lil dawk ta’ fuq il-lemin tiegħu: “Ejjew, imberkin minn Missieri, ħudu b’wirt tagħkom is-Saltna li tħejjiet għalikom sa mill-ħolqien tad-dinja. Għax jien kont bil-ġuħ u tmajtuni, kont bil-għatx u sqejtuni, kont barrani u lqajtuni, kont għeri u libbistuni, kont marid u ġejtu tarawni, kont fil-ħabs u ġejtu żżuruni”.
Imbagħad iweġbuh il-ġusti: “Mulej, meta rajniek bil-ġuħ u tmajniek, jew bil-għatx u sqejniek? Meta rajniek barrani u lqajniek, jew għeri u libbisniek? Meta rajniek marid jew fil-ħabs u ġejna nżuruk?”.
U s-Sultan iweġibhom u jgħid: “Tassew, ngħidilkom, kull ma għamiltu ma’ wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi”.
(Mt 25, 31-46)
Riflessjoni u talba:
Ix-xefaq li jiftaħ, dejjem jiftaħ,
jibda mill-ħabba tal-għajn li tiftaħ!
Mill-iżgħar jibda s-Sultan tal-Ħolqien kollu!
i. “Meta jiġi Bin il-bniedem fil-glorja kollha tiegħu u bl-anġli kollha tiegħu …”
Dak li jiġi bħala s-Sultan tal-ħolqien kollu, fil-glorja kollha tiegħu, dak li qed nistennewH bħala l-milja tal-ħajja u tal-istorja tagħna, jgħidilna li jiġi kuljum fl-iżgħar. Fejn rajniek? Dak li għamiltu mal-iżgħar għamiltuh miegħi!
Irrifletti:
- Ħares lejn din il-ġimgħa li għaddiet! Innota l-ġrajjiet. Ieqaf fuq waħda minnhom. Kien hemm xi ħaġa importanti li irċevejt minn post li ma stennejtux? Mingħand persuna li ssorprendietek? Kien hemm xi ħaġa li fis-sempliċità tagħha għenitek tiskopri xi ħaġa importanti għall-ħajja?
ii. “Kont bil-għatx u sqejtuni”

Dak li ġie biex isalva d-dinja jiġi bħala tallab għal tazza ilma!
Is-Sultan li jista’ kollox jiġi bħala bniedem fqir!
Min laqgħu skopra li qed jilqa’ lil Alla.
Is-Samaritana – li Ġesù talabha tagħtih jixrob – telqet tiġri tgħid lil niesha “Ejjew”. Skopruh lil dak dak li skoprejt jien!
Irrifletti:
- Fejn tara eżempji sbieħ ta’ nies li jgħinu lil ħaddieħor b’umiltà kbira (kontra ta’ min “jgħin” b’sens ta’ superjorità li jispiċċa biex jumilja lil min hemm quddiemu?)
- Min huma l-persuni li mhux insara u li laqgħu lil Ġesù mingħajr ma’ jafu?
- B’liema mod Ġesù jispirak tersaq lejn l-oħrajn?
iii. “kont il-ħabs u ġejtu żżuruni”
/https://www.thestar.com/content/dam/thestar/news/canada/2018/03/05/justice-system-plagued-by-rising-costs-delays-and-high-jail-rates-for-indigenous-people-report-card/jail_2.jpg)
Ġesù, il-ġust, li minn kull fejn għadda għamel il-ġid, ġie ikkundannat bla ħtija.
Daħal il-ħabs u Barabba sab il-ħelsien.
Jidħol fil-ħabs biex kull ħabsi jiftakar li qalbu maħluqa xbieha t’Alla,
U l-istess kull direttur tal-ħabs.
Ikkontempla:
- Mill-kitba ta’ Dostoyevsky – Hymn of the Men Underground. Il-kliem t’hawn taħt jgħidhom Dmitri (Mitya) Karamazov li ġie akkużat bla ħtija bil-qtil ta’ missieru u kundannat 20 sena xogħol iebes fis-Siberja. Din il-kundanna wasslitu biex jerġa jiskopri t-triq lura lejn Alla wara li kien qata’ qalbu minħabba l-passjonijiet ħżiena tiegħu. Inti u taqra, innota fejn u kif isaltan Ġesù.
Dmitri: “Brother, these last two months I’ve found in myself a new man. A new man has risen up in me. He was hidden in me, but he would never have come to the surface if it hadn’t been for this blow from heaven. I am afraid! And what do I care if I spend twenty years in the mines, breaking out ore with a hammer? I am not a bit afraid of that – it’s something else I am afraid of now: that that new man may leave me. Even there in the mines, underground, I may find a human heart in another convict and murderer by my side, and I may make friends with him, for even there one may live and love and suffer. One may thaw and revive a frozen heart in that convict, one may wait upon him for years, and at last bring up from the dark depths a lofty soul, a feeling, suffering creature; one may bring forth an angel, create a hero! There are so many of them, hundreds of them, and we are to blame for them.”
(The Gospel in Dostoyevsky. Selections from his Works. Australia 1988, 124-125)
Nitolbu l-Missierna flimkien
Glorja lill-Missier u lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu,
Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, għal dejjem ta’ dejjem.
Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu
Ammen
Ħajr lil Fr Jimmy Bonnici għar-riflessjoni.