AVVIŻI – 10 ta’ Jannar 2021

AVVIŻI – 10 ta’ Jannar 2021

L-avviżi tal-parroċċa għal matul din il-ġimgħa 10 sas-17 ta’ Jannar 2021:

1. Il-Magħmudija tal-Mulej

Il-Ħadd 10 ta’ Jannar 2021 hija l-festa tal-Magħmudija ta’ Ġesù, li fiha niftakru wkoll fil-jum tal-Magħmudija tagħna. Aħna lkoll ġejna mgħammdin, ejjew inroddu ħajr lil Alla għal dar-rigal billi nistednukom bħala familja għall-quddiesa li fiha ser inġeddu l-wegħdiet tal-Magħmudija tagħna.


2. Laqgħa għaż-Żgħażagħ bejn it-18 u l-25 sena

It-Tnejn 11 ta’ Jannar 2021 fit-8.00pm laqgħa fis-Sala Sant’Anna għaż-żgħażagħ bejn it-18 u l-25 sena.

Event: 
https://fb.me/e/13DiYEqpN


3. Kummissjoni Kateketika

It-Tlieta 12 ta’ Jannar 2021 fl-3.45pm tiltaqa’ l-Kummissjoni Kateketika fl-Uffiċċju Parrokkjali.


4. Kors ta’ Kana

Il-Ġimgħa 15 ta’ Jannar 2021 fis-7.30pm jibda l-Kors ta’ Kana għall-għarajjes fil-Villa Apap Bologna.


5. Ġabra speċjali

Illum se ssir il-ġabra speċjali għall-Parroċċa tagħna. Inħeġġukom tkunu ġenerużi. Nirringrazzjawkom mill-qalb.

Comments are closed.