Muntanja

Muntanja

Niċċelebraw l-Evanġelju tat-tieni Ħadd tar-Randan

Preparazzjoni:
Ipprepara ħin u post għat-talb: xemgħa, Bibbja, silenzju.


Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu.

Nidħol fil-presenza ta’ Alla bil-kliem tas-salmista:


Bqajt nemmen, imqar meta għidt:
“Jien imdejjaq ħafna!” (Salm 115)


L-Evanġelju

Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla

Qari mill-Evanġelju skond San Mark

F’dak iż-żmien, Ġesù ħa miegħu lil Pietru u lil Ġakbu u lil Ġwanni, tellagħhom weħidhom fuq muntanja għolja, u tbiddel quddiemhom. Ilbiesu sar abjad u jgħammex b’dija tal-għaġeb: ebda ħassiel fid-dinja ma jista’ jġib il-ħwejjeġ bojod daqshekk. U dehrilhom Elija ma’ Mosè, jitkellmu ma’ Ġesù. Qabad Pietru u qal lil Ġesù: “Mgħallem, kemm hu sew li aħna hawn! Ħa ntellgħu tliet tined, waħda għalik, waħda għal Mosè, u waħda għal Elija”. Dan qalu għax ma kienx jaf x’jaqbad jgħid bil-biża’ kbir li waqa’ fuqhom. Imbagħad ġiet sħaba u għattiethom, u minn ġos-sħaba nstama’ leħen jgħid: “Dan hu Ibni l-għażiż, isimgħu lilu”. Minnufih taw ħarsa madwarhom, u ma raw lil ħadd iżjed magħhom ħlief lil Ġesù waħdu.
Huma u neżlin minn fuq il-muntanja, tahom ordni biex ma jitkellmu ma’ ħadd fuq li kienu raw qabel ma Bin il-bniedem ikun qam mill-imwiet. Huma żammew kollox moħbi, iżda bdew jistaqsu lil xulxin x’kien ifisser tqum mill-imwiet.

(Mark 9, 2-10)


Riflessjoni u talba:

man in black jacket walking on dirt road

i. “… tellagħhom waħedhom fuq muntanja għolja …”

Mhux dejjem faċli titla’ muntanja għolja.
Mhux faċli tiffaċċja s-solitudni,

… waħedna, distanti mill-mentalità komuni.
Mhux faċli titla biex tiltaqa’ m’Alla,
tagħrfu aktar mill-qrib, u tħalli warajk ideat żbaljati fuqu, fuqek innifsek, fuq ir-realtá.
Iżda Ġesù jtellagħhom fuq muntanja għolja,
fejn anke hu waħdu,
biex jagħtihom esperjenza tad-dawl, ta’ dak li Hu, ta’ dak li jmexxih.

Il-memorja ta’ dak id-dawl hi l-uniku vaċċin għad-dlam.
Fuq il-muntanja l-oħra – il-Kalvarju –
fejn inħossuna l-aktar waħedna,
fejn nesperjenzaw it-tbatija,
mormija mill-istess nies li tajna ħajjitna għalihom,
fil-post tal-mewt,
iġġorrna l-memorja tad-dawl:
U hemm ninduna li m’inix waħdi.

Irrifletti:

  • Ftakar f’xi esperjenza fejn f’ħajtek kellek esperjenza tad-dawl; fejn għaraft li inti ta’ xi ħadd… li int maħbub/a.
The Glory of Jesus' Transfiguration - Indian Catholic Matters

ii. “… tbiddel quddiemhom”

Tbiddel (metemorphōthē).
Id-dixxipli setgħu jaraw minn fejn ġejja l-qawwa ta’ Ġesù.
L-essenzjal. Alla. Ġesù, “hu li għad li kellu n-natura ta’ Alla, en morphē Theou … xejjen lilu nnifsu” (Fil 2, 6).
Bdew jieħdu ħjiel li l-mixja li qed jagħmlu wara Kristu, se twassal biex anke huma jitbiddlu. San Pawl jasal biex jgħid li fejn hemm l-Ispirtu ta’ Kristu hemm il-libertà: “Aħna lkoll, li b’wiċċna mikxuf nirriflettu bħal f’mera l-glorja tal-Mulej, qegħdin ninbidlu ( metamorphoumetha ) fl-istess xbieha minn glorja għal glorja skont ma jagħtina l-Mulej, li hu Spirtu.” (2Kor 3, 18)

B’mod misterjuż, aħna niġu mibdula fix-xebħ tiegħu u aħna wkoll insiru dak il-post fejn in-nies tiltaqa’ m’Alla. “You are made in the image of what you desire!” (Thomas Merton)

Irrifletti

  • Lest li tilqa’ l-isfida li titla l-muntanja, li timxi wara Kristu, li tħallih jibdlek?
three gray-and-brown tents

iii. “Ħa ntellgħu tliet tined.”

Issa li tlajt, bħal Pietru, ma nkunx irrid ninżel lura.
Anke jekk mhux qiegħed fit-tinda, xortu aktar sigur meta wieqaf.
Jekk nerġa ninżel, ser nerġa nħabbat wiċċi ma’ sitwazzjonijiet li jidhru impossibbli (xħin niżlu sabu lil sħabhom jitħabtu, ma jistgħu ikeċċu spirtu ħażin); mar-reżistenza għat-tajjeb; mat-tbatija u l-mewt. Aħjar nibqa’ komdu!

Imma Ġesù jibqa’ jagħżel li jinżel, li jersaq qrib, li jaffaċċja l-isfidi tal-ħajja.
Ma tagħmilx sens li tistaġna ġo tinda!
Ma fehmux mill-ewwel li Alla jiġi fl-isħaba li timxi magħhom u tgħinhom ma jeħlux.
Ma fehmux mill-ewwel xi tfisser li “jqum mill-imwiet”.
Ma fehmux u ma setgħux jifhmu l-kreattività imprevedibbli ta’Alla.
Però fehmu li jistgħu jagħmlu l-pass li jmiss.
Li jimxu wara dak li tbiddel quddiemhom.
Li l-Kelma tiegħu ta’ min jafdaha.

Ikkontempla:

  • X’inhu l-pass li jmiss fil-mixja tiegħek wara Kristu?

Soren Kierkegaard

Christ asks for followers not admirers

If you have any knowledge at all of human nature, you know that those who only admire the truth
will, when danger appears, become traitors. The admirer is infatuated with the false security of
greatness; but if there is any inconvenience or trouble, he pulls back. Admiring the truth, instead of
following it, is just as dubious a fire as the fire of erotic love, which at the turn of the hand can be
changed into exactly the opposite—to hate, jealousy, and revenge. Christ, however, never asked for
admirers, worshipers, or adherents. He consistently spoke of “followers” and “disciples.”


Nitolbu l-Missierna flimkien

Glorja lill-Missier u lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu,
Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, għal dejjem ta’ dejjem.

Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu
Ammen

Ħajr lil Fr Jimmy Bonnici għar-riflessjoni.

Comments are closed.