Browsed by
Month: May 2021

X’taqbad tgħid!?

X’taqbad tgħid!?

Niċċelebraw l-Evanġelju tas-6 Ħadd tal-Għid Preparazzjoni:Ipprepara ħin u post għat-talb: xemgħa, Bibbja, silenzju. Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. Nidħol fil-preżenza ta’ Alla b’ferħ :  L-art kollha, minn tarf għall-ieħor,rat is-salvazzjoni ta’ Alla tagħna.Għajtu bil-ferħ lill-Mulej fl-art kollha,infexxu fil-hena, ifirħu u għannu! (Salm 97)   L-Evanġelju Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla Qari mill-Evanġelju skond San Ġwann F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Kif ħabbni Missieri, hekk ħabbejtkom jiena. Ibqgħu fl-imħabba tiegħi. Jekk tħarsu l-kmandamenti tiegħi, intom tibqgħu fi mħabbti, kif…

Read More Read More

Tiżvojtja biex tagħti l-frott.

Tiżvojtja biex tagħti l-frott.

Niċċelebraw l-Evanġelju tal-5 Ħadd tal-Għid Preparazzjoni:Ipprepara ħin u post għat-talb: xemgħa, Bibbja, silenzju. Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. Nidħol fil-presenza ta’ Alla b’sens ta’ tifħir: Ifaħħru l-Mulej dawk li jfittxuh.Ħa tgħix qalbhom għal dejjem (Salm 21)  L-Evanġelju Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla Qari mill-Evanġelju skond San Ġwann F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jiena d-dielja vera u Missieri l-bidwi. Kull fergħa fija li ma tagħmilx frott jaqtagħha; u kull waħda li tagħmel il-frott jiżborha u jnaddafha, biex tagħmel frott aktar….

Read More Read More