Browsed by
Month: July 2026

Ibda mit-teżor.

Ibda mit-teżor.

Niċċelebraw l-Evanġelju tas-sbatax il-Ħadd. Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu  Kemm inħobbha l-liġi tiegħek, Mulej. 1. Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla    F’dak iż-żmien Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil teżor moħbi f’għalqa, li wieħed raġel isibu u jaħbih, u kollu ferħan imur ibigħ kull ma jkollu u jixtri dik l-għalqa. Tixbah ukoll is-Saltna tas-Smewwiet lil wieħed neguzjant ifittex ġawhar fin; meta sab ġawhra tiswa ħafna, mar biegħ kull ma kellu u xtara lilha. Tixbah ukoll is-Saltna tas-Smewwiet…

Read More Read More

B’ħarsa ġdida.

B’ħarsa ġdida.

Niċċelebraw l-Evanġelju tas-sittax il-Ħadd. Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu  Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art,għax inti dawn il-ħwejjeġ tas-saltna wrejthom liċ-ċkejknin. 1. Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla   F’dak iż-żmien, Ġesù qal lin-nies din il-parabbola: “Is-saltna tas-Smewwiet tixbah lil wieħed raġel li żara’ żerriegħa tajba fl-għalqa tiegħu. Iżda xħin in-nies kienu reqdin, ġie l-għadu tiegħu, żara’ s-sikrana qalb il-qamħ u telaq. Meta mbagħad il-qamħ nibet u ħareġ is-sbul, tfaċċat ukoll is-sikrana. Resqu l-qaddejja fuq sid l-għalqa u qalulu: “Sinjur,…

Read More Read More

Ħajja li tagħti l-frott.

Ħajja li tagħti l-frott.

pexels/freestockpro: called to fruitfulness. Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu Iż-żerriegħa waqgħet f’art tajba, u għamlet il-frott 1. Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla   Dakinhar Ġesù ħareġ mid-dar, mar f’xatt il-baħar u qagħad bilqiegħda hemm. U nġabru madwaru folol hekk kbar ta’ nies li kellu jitla’ fuq dgħajsa u jinżel bilqiegħda fiha; in-nies qagħdu lkoll wieqfa fuq ix-xatt, u hu beda jkellimhom fuq bosta ħwejjeġ bil-parabboli. U qalilhom: “Darba wieħed bidwi ħareġ jiżra’. Huwa u jiżra’, xi żerrigħat waqgħu mal-mogħdija, ġew…

Read More Read More