Browsed by
Month: May 2026

Nostalġija t’Alla.

Nostalġija t’Alla.

pexels/berfin b: nostalgia for God. Niċċelebraw l-Evanġelju tat-Trinità Qaddisa. Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu Ta’ min ifaħħrek u jgħollik fuq kollox għal dejjem. F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil Nikodemu: “Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem. Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq mid-dinja, imma biex id-dinja ssalva permezz tiegħu. Min jemmen fih ma jkunx ikkundannat; iżda min ma jemminx huwa…

Read More Read More

Distanzi imfejqa.

Distanzi imfejqa.

pexels/jean daniel: distances to be bridged. Niċċelebraw l-Evanġelju ta’ Pentekoste Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu Ibgħat l-Ispirtu tiegħek, Mulej, u ġedded il-wiċċ tal-art. 1. Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla    Dak il-Ħadd filgħaxija, fl-ewwel jum tal-ġimgħa, meta d-dixxipli kienu flimkien imbeżżgħa mil-Lhud, bil-bibien magħluqa, ġie Ġesù u qagħad f’nofshom; u qalilhom: “Is-sliem għalikom!”. Kif qal hekk, uriehom idejh u ġenbu. Id-dixxipli ferħu meta raw lill-Mulej. Imbagħad Ġesù tenna jgħidilhom: “Is-sliem għalikom! Kif il-Missier bagħat lili, hekk jien nibgħat lilkom”. Kif qal…

Read More Read More

Sorpriża tal-aħħar?

Sorpriża tal-aħħar?

Niċċelebraw l-Evanġelju tat-tlugħ fis-sema tal-Mulej. Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu Tela’ Alla b’għajat ta’ ferħ. 1. Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla    F’dak iż-żmien, il-ħdax-il dixxiplu telqu lejn il-Galilija u marru fuq il-muntanja fejn kien ordnalhom Ġesù. Kif rawh, inxteħtu quddiemu, għalkemm xi wħud iddubitaw. Ġesù resaq ikellimhom u qalilhom: “Lili ngħatat kull setgħa fis-sema u fl-art. Morru, mela, agħmlu dixxipli mill-ġnus kollha, u għammduhom fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu, u għallmuhom iħarsu dak kollu li ordnajtilkom jien….

Read More Read More