Żifna

Żifna

Niċċelebraw l-Evanġelju tar-4 Ħadd tal-Avvent

Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu.

It-tjieba tal-Mulej irrid dejjem ngħanni.


L-Evanġelju

Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla

Qari mill-Evanġelju skont San Luqa

Kien hemm raġel mibgħut minn Alla, jismu Ġwanni. Dan ġie bħala xhud, biex jixhed għad-dawl, biex bih kulħadd jemmen. Ġwanni ma kienx id-dawl, imma ġie biex jixhed għad-dawl.
Ix-xhieda ta’ Ġwanni kienet din, meta l-Lhud ta’ Ġerusalemm bagħtu għandu xi qassisin u Leviti biex jistaqsuh: “Int minF’dak iż-żmien, Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f’belt tal-Galilija, jisimha Nazaret, għand xebba, mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta’ David. Dix-xebba kien jisimha Marija. L-anġlu daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek”.
 
Hi tħawdet ħafna għal dan il-kliem, u bdiet taħseb bejnha u bejn ruħha x’setgħet qatt tfisser din it-tislima. Iżda l-anġlu qalilha: “Tibżax, Marija, għax int sibt grazzja quddiem Alla. Ara, int se tnissel fil-ġuf u jkollok iben u ssemmih Ġesù. Hu jkun kbir, u jkun jissejjaħ Bin l-Għoli. Il-Mulej Alla jagħtih it-tron ta’ David missieru, u jsaltan għal dejjem fuq dar Ġakobb, u ma jkunx hemm tmiem għas-saltna tiegħu”.
 
Iżda Marija qalet lill-anġlu: “Kif ikun dan, ladarba ma nagħrafx raġel?”. Wieġeb l-anġlu u qalilha: “L-Ispirtu s-Santu jiġi fuqek, u l-qawwa tal-Għoli tixħet id-dell tagħha fuqek. U għalhekk dak li jitwieled minnek ikun qaddis, u jissejjaħ Bin Alla. Ara, l-qariba tiegħek Eliżabetta, fi xjuħitha, hi wkoll nisslet iben fil-ġuf, u ġa għandha sitt xhur dik li għaliha kienu jgħidu li ma jistax ikollha tfal, għax għal Alla ma hemm xejn li ma jistax isir”.
 
Imbagħad qalet Marija: “Ara, jien il-qaddejja tal-Mulej: ħa jsir minni skont kelmtek!”. U l-anġlu telaq minn quddiemha.. (Lk 1:26-38) int?”. Hu stqarr bla ma ċaħad: “Jien m’iniex il-Messija”. Huma reġgħu staqsewh: “Mela min int? Elija?”. “M’iniex”, qalilhom. “Int il-Profeta?”. “Le”, weġibhom. Imbagħad qalulu: “Mela min int? Biex nagħtu tweġiba lil dawk li bagħtuna. Min tgħid li int?”. U hu wieġeb kif qal il-profeta Iżaija: “Jiena l-leħen ta’ wieħed jgħajjat fid-deżert: Wittu t-triq tal-Mulej”.
Issa dawk il-messaġġiera kienu min-naħa tal-Fariżej. Huma staqsewh: “Mela kif qiegħed tgħammed la m’intix il-Messija, u la Elija u lanqas il-Profeta?”. “Jiena ngħammed bl-ilma”, weġibhom Ġwanni, “imma f’nofskom hemm wieħed li intom ma tafuhx, u li ġej warajja; jien anqas ma jistħoqqli nħoll il-qafla tal-qorq tiegħu”.
Dan ġara f’Betanja, in-naħa l-oħra tal-Ġordan, fejn Ġwanni kien jgħammed.

(Ġw 1:6-8,19-28)

pexels/ag-z: Rejoice, …

Riflessjoni u talba:

i. F’dak iż-żmien, Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f’belt tal-Galilija, jisimha Nazaret, għand xebba, mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta’ David.

Dak li hu minn dejjem u jibqa’ għal dejjem
li ħalaq l-immensità tal-univers
għandu l-paċenzja li jidħol fiż-żmien u jieħu ż-żmien
li jżur post ċkejken u jibda minn hemm
li jkellem mara li diġà għandha storja
… minn hemm isalva l-bniedem, id-dinja, iż-żmien.

Irrifletti

  • X’tgħidlek fuq Alla din ix-xena?
pexels/pixabay: Love addresses the heart


ii. 
L-anġlu daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek”.

Dak li ċaqlaq il-moviment kollu tal-univers
Dak li ċaqlaq lil Marija biex tibda storja straordinarja ma’ Alla
Dak li jċaqlaq persuna biex tagħraf il-valur ta’ ħajjitha u l-missjoni tagħha
Dak li jċaqlaq il-Knisja biex tkompli twelled il-Kristu fid-dinja:
l-imħabba immensa u personali ta’ Alla!

Irrifletti

  • Ieqaf fuq il-kliem “mimlija bil-grazzja”. Xi tfisser li temminha?

pexels/mike knibbs: love brings movement


iii. Hi tħawdet ħafna għal dan il-kliem, u bdiet taħseb bejnha u bejn ruħha x’setgħet qatt tfisser din it-tislima

Meta mmissu ma’ dak li jiswa
ma’ dak li quddiemu ma tistax tibqa’ passiv
jew tagħti farka medjokri

Dak li jattirak biex tagħti kollox

jibda proċess ġdid li jġib stagħġib, biża’, inċertezza
kif nista’ nagħmel dan kollu?

Jibda proċess ġdid, relazzjoni ġdida,
fejn tagħżel li tħalli lil Alla li nieda l-univers jaħdem fik:
“l-Ispirtu s-Santu jiġi fuqek”
“Ħa jsir minni skont kelmtek”.

La protagoniżmu u lanqas passività
imma żifna m’Alla!

Irrifletti

  • Xi jfisser għalik illum li tintelaq f’idejn Alla?


Nitolbu l-Missierna flimkien

Glorja lill-Missier,
u lill-Iben,
u lill-Ispirtu s-Santu, 

kif kien mill-bidu,
issa u dejjem,
jibqa’ għal dejjem,
ta’ dejjem,
Ammen. 

Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu
Ammen


Ħajr lil Fr Jimmy Bonnici għar-riflessjoni.

Comments are closed.