Ejjew nagħmlu l-Girlanda!
Hello Tfal!
Dan il-weekend ser nibdew żmien importanti u sabiħ, iż-żmien tal-Avvent. Biex nibdew nippreparaw u nkunu nafu aħjar x’inhu dan iż-żmien inħeġġukom li tagħmlu girlanda bħal dik li jkun hemm fil-knisja biex iġġibuha magħkom fil-quddiesa tad-9.15am nhar il-Ħadd filgħodu u nispjegaw aħjar xi tfisser.
Il-passi kif tagħmel din il-girlanda qegħdin hawn taħt. Din il-girlanda tistgħu imbagħad tpoġġuha f’post importanti fid-dar fejn tfakkarkom fl-Avvent u kif ser ngħixuh flimkien.
Għandek bżonn:
- Platt tal-karti
- Karti tat-tajr ħodor u ħomor imqatta’ kaxxi żgħar
- Kartonċina ħadra
- Karta bajda
- 4 xemgħat żgħar (tealight candles)
- Lapes
- Riga
- Gem Marker
- Kuluri biex tpinġi (Roża u Vjola)
- Kolla (Glue Stick)
- Imqass
Metodu:
Agħmel forma ta’ ċirku f’nofs il-platt tal-karti u qasqas iċ-ċirku ta’ ġewwa.
Waħħal il-kolla ma’ ċ-ċirku li ffurmajt u waħħal il-karti mqatta’ tat-tajr (il-ħodor) fuq il-kolla.
Aqbad il-kartonċina l-ħadra u agħmel forma ta’ jdejk bil-lapes 4 darbiet u qasqas bl-imqass il-forom li għamilt (jekk trid rembel ftit fejn hemm is-swaba għal gost). Fuq kull id ikteb waħda minn dawn il-kelmiet: TAMA, FIDI, FERĦ u PAĊI.
Fuq il-karta l-bajda agħmel 4 forom ta’ riga żgħira. Qasqas il-forom u pinġi bil-kuluri. 3 bil-kulur vjola u waħda bil-kulur roża. Waħħal dawn il-forom kuluriti max-xemgħa bil-kolla.
Bil-kolla waħħal il-forom tal-idejn li għamilt qabel madwar iċ-ċirku u imbagħad waħħal ukoll ix-xemgħat bil-kolla fuq l-idejn.
Fl-aħħar aqbad il-karti tat-tajr il-ħomor rembilhom f’boċċi żgħar u waħħalhom bil-kolla bejn kull xemgħa.
Biex tgħinek tagħmel dan kollu għandek stampa tal-girlanda lesta.
Riżultat:
Awguri u niltaqgħu nhar il-Ħadd fid-9.15am tfal! 🙂
Gylan Camilleri
Seminarista
Ħajr lil Jeannette Cardona u l-grupp tal-abbatini li ħejjew il-girlandi tagħhom u tawna r-ritratti.
Ara l-event fuq Facebook: https://fb.me/e/1leqwhcPg